EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0358

Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014.
Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici vs Comune di Milano.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Kuntratti li ma jilħqux il-limitu massimu previst mid-Direttiva 2004/18/KE – Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Kundizzjonijiet għall-esklużjoni minn proċedura ta’ għoti – Kriterji ta’ għażla kwalitattiva relatati mas-sitwazzjoni personali tal-offerent – Obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – Kunċett ta’ ksur serju – Differenza bejn is-somom dovuti u s-somom imħallsa ta’ iktar minn EUR 100 u ta’ iktar minn 5 % tas-somom dovuti.
Kawża C‑358/12.

Keywords
Summary

Keywords

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Għoti ta’ kuntratti — Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

(Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 45(2))

Summary

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet li l-valur tagħhom huwa ta’ inqas mil-limitu massimu ddefinit fl-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 2004/18, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009, tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti jeskludu mill-proċedura ta’ għoti ta’ tali kuntratt lil offerent responsabbli għal ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jekk id-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa tkun ta’ ammont kemm ikbar minn EUR 100 kif ukoll ikbar minn 5 % tas-somom dovuti.

Fil-fatt, minkejja li tali leġiżlazzjoni nazzjonali, li tista’ timpedixxi l-parteċipazzjoni ta’ offerenti f’kuntratt pubbliku li huwa ta’ interess transkonfinali ċert, tikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, hija tista’ tiġi ġġustifikata sa fejn din trid tilħaq għan leġittimu ta’ interess ġenerali u sa fejn din tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-fatt li tiġi indikata l-assenza ta’ affidabbiltà, ta’ diliġenza u ta’ serjetà ta’ operatur ekonomiku f’dak li jikkonċerna l-osservanza tal-obbligi legali u soċjali tiegħu jikkontribwixxi sabiex jintlaħaq dan l-għan leġittimu. Barra minn hekk, indikazzjoni bħal din tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li d-definizzjoni ta’ limitu massimu speċifiku ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-kuntratti pubbliċi, bħal dak iddefinit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, hija bbażata fuq kriterji oġġettivi, li ma jkunux diskriminatorji u li jkunu magħrufa minn qabel. Fil-fatt, dawn il-kriterji ma jiggarantixxux biss l-ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti iżda wkoll iċ-ċertezza legali, prinċipju li l-osservanza tiegħu tikkostitwixxi kundizzjoni għall-proporzjonalità ta’ miżura restrittiva.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-livell tal-limitu massimu ta’ esklużjoni msemmi, l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 ma jipprevedix uniformità ta’ applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni u jagħti lill-Istati Membri s-setgħa li jirrendu l-kriterji stabbiliti f’din id-dispożizzjoni inqas onerużi jew iktar flessibbli. Issa, l-Artikolu 45(2)(e) tad-Direttiva 2004/18 jippermetti lill-Istati Membri jeskludu mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku lil kull operatur ekonomiku li ma ssodisfax l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, mingħajr ma hemm indikat xi ammont minimu tal-kontribuzzjonijiet b’lura.

(ara l-punti 30-37, 39, 41 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑358/12

Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici

vs

Comune di Milano

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Kuntratti li ma jilħqux il-limitu massimu previst mid-Direttiva 2004/18/KE — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Kundizzjonijiet għall-esklużjoni minn proċedura ta’ għoti — Kriterji ta’ għażla kwalitattiva relatati mas-sitwazzjoni personali tal-offerent — Obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Kunċett ta’ ksur serju — Differenza bejn is-somom dovuti u s-somom imħallsa ta’ iktar minn EUR 100 u ta’ iktar minn 5 % tas-somom dovuti”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Għoti ta’ kuntratti – Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet