EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0214

Sommarju tas-sentenza

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta' Novembru 2011.
KHS AG vs Winfried Schulte.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Landesarbeitsgericht Hamm - il-Ġermanja.
Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali bil-ħlas - Estinzjoni tad-dritt għal-leave annwali bil-ħlas li ma tteħidx minħabba mard fl-iskadenza ta’ terminu previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Kawża C-214/10.

Keywords
Summary

Keywords

Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(1))

Summary

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiċi nazzjonali, bħal ftehim kollettiv, li jillimitaw, għal perijodu ta’ trasferiment tal-leave ta’ ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal-leave annwali mħallas jintemm, il-kumulu tad-drittijiet għal tali leave ta’ ħaddiem li jkun ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi perijodi ta’ referenza konsekuttivi.

(ara l-punt 44 u d-dispożittiv)

Top