EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0446

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-446/07

Alberto Severi

vs

Regione Emilia-Romagna

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Modena)

“Direttiva 2000/13/KE — Ittikkettjar ta’ prodotti tal-ikel intiżi li jitqassmu tale kwali lill-konsumatur — Ittikkettjar li jista’ jqarraq lix-xerrej fir-rigward tal-oriġini jew tal-provenjenza tal-prodott tal-ikel — Ismijiet ġeneriċi fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 — Effett”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali E. Sharpston, ippreżentati fis-7 ta’ Mejju 2009   I ‐ 8044

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009   I ‐ 8063

Sommarju tas-sentenza

  1. Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel – Regolament Nru 2081/92

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2796/2000, Artikoli 3(1) u 13(3))

  2. Approssimazzjoni tal-liġijiet – Ittikkettjar, preżentazzjoni u reklamar tal-prodotti tal-ikel – Direttiva 2000/13

    (Regolament tal-Kunsill Nru 2081/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2796/2000, Artikoli 3(1) u 13(3); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13, Artikolu 2)

  1.  L-Artikoli 3(1) u 13(3) tar-Regolament Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 2796/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-isem ta’ prodott tal-ikel li fih riferiment ġeografiċi, li kien is-suġġett ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta fis-sens tal-imsemmi Regolament Nru 2081/92, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ġeneriku sakemm eventwalment tiġi kkomunikata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mill-awtoritajiet nazzjonali. In-natura ġenerika ta’ isem, fis-sens tar-Regolament Nru 2081/92 kif emendat, ma tistax tkun preżunta sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ddeċidietx dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem, jekk ikun il-każ, billi tiċħad din l-applikazzjoni speċifikament minħabba li l-imsemmi isem ikun sar ġeneriku.

    Fil-fatt, il-kisba ta’ natura ġenerika mill-isem ta’ prodott hija r-riżultat ta’ proċess oġġettiv, li matulu dan l-isem, minkejja li jirreferi għall-post ġeografiku fejn il-prodott inkwistjoni kien ġie mmanifatturat jew mibjugħ fil-bidu, isir l-isem komuni tal-imsemmi prodott.

    F’dawn il-kundizzjonijiet, il-fatt li l-isem inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa s-suġġett ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandu, bħala tali, jiġi kkunsidrat li ma għandux effett fuq ir-riżultat ta’ tali proċess oġġettiv tal-vulgarizzazzjoni jew tal-ksur tar-rabta bejn l-isem u t-territorju.

    (ara l-punti 50, 51, 54 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikoli 3(1) u 13(3) tar-Regolament Nru 2081/92, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 2796/2000 moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/13, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti [prodotti] tal-ikel, għandhom jiġi interpretati fis-sens li l-isem ta’ prodott tal-ikel li jkun jinkludi riferimenti ġeografiċi, li mhuwiex irreġistrat bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, jista’ jkun legalment użat, bil-kundizzjoni li l-ittikkettjar tal-prodott hekk imsemmi ma jqarraqx bil-konsumatur medju, normalment informat, u raġonevolment attent u avżat. Sabiex jevalwaw jekk dan ikunx il-każ, il-qrati nazzjonali jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni t-tul ta’ żmien tal-użu tal-isem. Min-naħa l-oħra, l-eventwali bona fide tal-produttur jew tal-bejjiegħ bl-imnut mhijiex rilevanti f’dan ir-rigward.

    Fost l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tan-natura qarrieqa tal-ittikkettjar, it-tul ta’ żmien tal-użu ta’ isem huwa element oġġettiv li jista’ jimmodifika l-aspettattivi tal-konsumatur raġonevoli. Min-naħa l-oħra, il-bona fide tal-produttur jew tal-bejjiegħ bl-imnut, li hija element suġġettiv, ma tistax taffettwa l-impressjoni oġġettiva li tagħti lill-konsumatur l-indikazzjoni ta’ isem ġeografiku fuq tikketta.

    (ara l-punti 62, 63 u d-dispożittiv 2)

Top