Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TJ0531

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2020.
    LL-Carpenter s. r. o. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vetturi bil-mutur fir-Repubblika Ċeka – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 – Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Obbligu ta’ motivazzjoni.
    Kawża T-531/18.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:91

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2020 – LL-Carpenter vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-531/18)

    “Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-vetturi bil-mutur fir-Repubblika Ċeka – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 – Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

    1. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami tal-ilmenti – Deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni tal-Kummissjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti – Motivazzjoni tad-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

    (Artikoli 101, 102, 105(1) u 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 13(2))

    (ara l-punti 42, 43, 70, 90)

    2. 

    Kompetizzjoni – Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni – Dritt tal-Kummissjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta’ lment diġà ttrattat minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni – Portata

    (Artikoli 101 u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 5 u 13(2))

    (ara l-punti 45, 47, 48, 53, 54)

    3. 

    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami tal-ilmenti – Iffissar tal-prijoritajiet mill-Kummissjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur – Assenza – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tal-Unjoni marbut mal-istruttorja ta’ kawża – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti

    (Artikoli 101 u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikolu 7(2))

    (ara l-punti 64 sa 69)

    4. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni – Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni – Distinzjoni

    (Artikolu 296 TFUE)

    (ara l-punti 89, 97)

    5. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Komunikazzjoni – Irregolaritajiet – Effetti

    (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punt 110)

    6. 

    Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

    (Artikolu 263 u is-sitt paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE)

    (ara l-punti 120, 121)

    7. 

    Proċedura ġudizzjarja – Miżuri istruttorji – Smigħ ta’ xhieda – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 91)

    (ara l-punt 124)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 4138 finali, tas-26 ta’ Ġunju 2018, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE allegatament imwettaq minn impriżi tal-Grupp Subaru fil-qasam tad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur (Każ AT.40037 – Carpenter vs Subaru).

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    LL-CARPENTER s. r. o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top