Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TO0561

One of Us et vs Il-Kummissjoni

Digriet tal-Qorti Ġenerali (L‑Ewwel Awla) tas-26 ta ’ Novembru 2015 – One of Us  et vs Il‑Parlament  et

(Kawża T‑561/14)

“Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà parzjali”

Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni — Kalkolu — Rikors tardiv — Inammissibbiltà manifesta (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikoli 101(2) u 102(1) u (2);Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 211/2011) (ara l-punti 21-24)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2014) 355 finali, tat-28 ta’ Mejju 2014, dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej imsejħa “Wieħed Minna”, u, sussidjarjament, tal-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, p. 1).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa ppreżentat kontra l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini.

2) 

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej imsejħa “Wieħed Minna” u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà. Il-kumplament tal-ispejjeż huma rriżervati.

Top