Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62020CJ0236

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2022.
PG vs Ministero della Giustizia et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżoli 2 u 4 – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part-time – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Giudici di pace [membri tal-ġudikatura li jippresjedu l-Qorti Konċiljatorja] u membri tal-ġudikatura ordinarji – Klawżola 5 – Miżuri intiżi sabiex jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien indeterminat – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7 – Leave annwali mħallas.
Kawża C-236/20.

Rapporti tal-qorti - ġenerali

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2022:263

Kawża C‑236/20

PG

vs

Ministero della Giustizia et

(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per l’Emilia Romagna)

Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (L‑Ewwel Awla) tas‑7 ta’ April 2022

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżoli 2 u 4 – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part-time – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Giudici di pace [membri tal-ġudikatura li jippresjedu l-Qorti Konċiljatorja] u membri tal-ġudikatura ordinarji – Klawżola 5 – Miżuri intiżi sabiex jissanzjonaw l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien indeterminat – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 7 – Leave annwali mħallas”

  1. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Direttiva 2003/88 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Leave annwali mħallas – Membru tal-ġudikatura li jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja li jaqa’ taħt il-kunċetti ta’ ħaddiem għal żmien determinat u ħaddiem part-time u li jinsab f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik ta’ membru tal-ġudikatura ordinarju

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7; Direttiva tal-Kunsill 97/81, Anness, klawżola 4)

    (ara l-punti 47, 48, 50 sa 52, 54, dispożittiv 1)

  2. Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat – Membru tal-ġudikatura li jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ ħaddiem għal żmien determinat u li jinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ membru tal-ġudikatura ordinarju

    (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 4)

    (ara punti 47, 48, 53, 54, dispożittiv 1)

  3. Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol part-time – Direttiva 97/81 – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tal-ħaddiema part-time – Membru tal-ġudikatura li jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ ħaddiem part-time u li jinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ membru tal-ġudikatura ordinarju

    (Direttiva tal-Kunsill 97/81, Anness, klawżola 4)

    (ara punti 47, 48, 53, 54, dispożittiv 1)

  4. Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi

    (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 5(1))

    (ara punti 64 sa 66, dispożittiv 2)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Fuq