Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0144

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Frar 2017.
Município de Palmela vs Autoridade de Segurança Alimentar e Económica (ASAE) – Divisão de Gestão de Contraordenações.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Direttivi 83/189/KEE u 98/34/KE – Abbozz ta’ regolament tekniku – Komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea – Obbligi tal-Istati Membri – Ksur – Konsegwenzi.
Kawża C-144/16.

Court reports – general

Kawża C‑144/16

Município de Palmela

vs

Autoridade de Segurança Alimentar e Económica (ASAE) – Divisão de Gestão de Contraordenações

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Setúbal)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Direttivi 83/189/KEE u 98/34/KE – Abbozz ta’ regolament tekniku – Komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea – Obbligi tal-Istati Membri – Ksur – Konsegwenzi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal‑1 ta’ Frar 2017

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi – Direttiva 83/189 – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 98/34 – Regola teknika – Obbligu tal-Istati Membri li jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku – Ksur tal-obbligu – Konsegwenza – Nuqqas ta’ infurzabbiltà fir-rigward tal-individwi tar-regola mhux notifikata – Portata

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/34, kif emendata bid-Direttiva 98/48, Artikolu 8(1); Direttiva tal-Kunsill 83/189, Artikolu 8(1))

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE, tat‑28 ta’ Marzu 1983, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tan-normi u r-regolamenti tekniċi, kif emendata bl-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑20 ta’ Lulju 1998, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sanzjoni tan-nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ regolament tekniku mhux innotifikat, bħall-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regulamento que estabelece as condições de segurança a observar na localização, implantação, conceção e organização funcional dos espaços de jogo e recreio, respetivamente, equipamento e superfícies de impacto (regolament li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà li għandhom jiġu osservati fil-lokalizzazzjoni, fl-implementazzjoni, fil-ħolqien u fl-organizzazzjoni funzjonali tal-ispazji ta’ logħob u ta’ rikreazzjoni kif ukoll tat-tagħmir relatat u tas-superfiċji ta’ impatt), anness mad-Decreto-Lei no 379/97 (Digriet Leġiżlattiv Nru 379/97), tas‑27 ta’ Diċembru 1997, kif emendat bid-Decreto-Lei no 119/2009 (Digriet Leġiżlattiv Nru 119/2009), tad‑19 ta’ Mejju 2009, tolqot biss l-imsemmi regolament tekniku u mhux il-leġiżlazzjoni kollha li jagħmel parti minnha.

(ara l-punt 38 u d-dispożittiv)

Top