Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 62016CJ0436

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2017.
Georgios Leventis u Nikolaos Vafeias vs Malcon Navigation Co. Ltd u Brave Bulk Transport Ltd.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Artikolu 23 – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni – Klawżola ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni inkluża f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji – Kawża għad-danni – Responsabbiltà in solidum tar-rappreżentanti ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji għal fatti li jikkostitwixxu delitt – Invokabbiltà ta’ din il-klawżola mill-imsemmija rappreżentanti.
Kawża C-436/16.

Συλλογή της Νομολογίας — Γενική Συλλογή

Kawża C-436/16

Georgios Leventis
u
Nikolaos Vafeias

vs

Malcon Navigation Co. ltd.
u
Brave Bulk Transport ltd.

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Areios Pagos)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Artikolu 23 – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni – Klawżola ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni inkluża f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji – Kawża għad-danni – Responsabbiltà in solidum tar-rappreżentanti ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji għal fatti li jikkostitwixxu delitt – Invokabbiltà ta’ din il-klawżola mill-imsemmija rappreżentanti”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2017

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inkluża f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji – Klawżola li ma tistax tiġi invokata mir-rappreżentanti ta’ waħda mill-imsemmija kumpanniji sabiex tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni ta’ qorti sabiex tisma’ kawża għad-danni maħsuba sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tagħhom

(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 23(1))

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inserita f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji ma tistax tiġi invokata mir-rappreżentanti ta’ waħda minnhom sabiex jikkontestaw il-ġurisdizzjoni ta’ qorti sabiex tisma’ kawża għad-danni maħsuba sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tagħhom in solidum għal atti li allegatament jikkostitwixxu delitt mwettqa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

Issa, l-Artikolu 23 tar-Regolament Brussell I jindika b’mod ċar li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa llimitat għall-każ li fih il-partijiet ikunu “ftehmu” fuq qorti. Il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk indikat li l-qorti adita għandha l-obbligu li teżamina, in limine litis, jekk il-klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni effettivament kinitx suġġetta għall-kunsens bejn il-partijiet, li għandu jkun immanifestat b’mod ċar u preċiż, peress li l-forom rikjesti mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament Brussell I għandhom, f’dan ir-rigward, il-funzjoni li jiżguraw li l-kunsens ikun effettivament stabbilit (sentenza tas-7 ta’ Lulju 2016, Hőszig, C-222/15, EU:C:2016:525, punt 37 u l- ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inserita f’kuntratt, bħala prinċipju, tista’ tipproduċi l-effetti tagħha biss fir-relazzjonijiet ta’ bejn il-partijiet li jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt (sentenza tal-21 ta’ Mejju 2015, CDC Hydrogen Peroxide, C-352/13, EU:C:2015:335, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata).

(ara l-punti 33 sa 35, 43 u d-dispożittiv)

Επάνω