This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0337
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017.
L-Ombudsman Ewropew vs Claire Staelen.
Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali – Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza – Kunċett ta’ ‘ksur suffiċjentement serju’ ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni – Dannu morali – Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew.
Kawża C-337/15 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017.
L-Ombudsman Ewropew vs Claire Staelen.
Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali – Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza – Kunċett ta’ ‘ksur suffiċjentement serju’ ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni – Dannu morali – Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew.
Kawża C-337/15 P.
Court reports – general
Kawża C‑337/15 P
L-Ombudsman Ewropew
vs
Claire Staelen
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali – Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza – Kunċett ta’ ‘ksur suffiċjentement serju’ ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni – Dannu morali – Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017
Dritt tal-Unjoni Ewropea-Prinċipji-Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba-Obbligu ta’ diliġenza-Portata
Responsabbiltà mhux kuntrattwali-Kundizzjonijiet-Illegalità-Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni-Ksur mill-Ombudsman Ewropew tal-obbligu ta’ diliġenza fil-kuntest ta’ investigazzjoni li tirrigwarda każ ta’ amministrazzjoni ħażina-Rekwiżit ta’ ksur manifest u gravi mill-Ombudsman tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali-Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Paragrafu 2 tal-Artikolu 340 TFUE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262)
Responsabbiltà mhux kuntrattwali-Kundizzjonijiet-Illegalità-Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni-Żnaturament mill-Ombudsman Ewropew tal-kontenut ta’ dokument li ġie trażmess lilu għall-finijiet ta’ sostenn tal-konklużjonijiet ta’ deċiżjoni li tagħlaq investigazzjoni-Inklużjoni
(Paragrafu 2 tal-Artikolu 340 TFUE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262)
Responsabbiltà mhux kuntrattwali-Dannu-Dannu li jista’ jiġi kkumpensat-Dannu morali kkawżat minn telf ta’ kunfidenza fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew-Esklużjoni
(Paragrafu 2 tal-Artikolu 340 TFUE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262)
L-obbligu ta’ diliġenza li huwa inerenti għall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u japplika b’mod ġenerali għall-azzjoni tal-amministrazzjoni tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha mal-pubbliku jeħtieġ minnha li taġixxi b’kura u bi prudenza. F’dan ir-rigward, meta amministrazzjoni tintalab tmexxi investigazzjoni, huwa l-obbligu tagħha li tmexxiha b’kull kura possibbli sabiex tneħħi d-dubji li jeżistu u tiċċara s-sitwazzjoni
(ara l-punti 34, 114)
Sabiex jiġi konkluż li jeżisti ksur suffiċjentement serju tal-obbligu ta’ diliġenza impost fuq l-Ombudsman, huwa għalhekk neċessarju li jiġi stabbilit li, billi ma aġixxiex bil-kura u bil-prudenza kollha neċessarja, dan tal-aħħar kiser b’mod gravi u manifest il-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tiegħu fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħet ta’ investigazzjoni li għandu. Għal dan il-għan, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-imsemmi kuntest, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjonijiet inkwistjoni, fosthom, b’mod partikolari, in-natura manifesta tan-nuqqas ta’ diliġenza li jkun wera l-Ombudsman fit-tmexxija tal-investigazzjoni tiegħu, in-natura skużabbli jew mhux skużabbli tiegħu, jew ukoll in-natura mhux approprjata u mhux raġonevoli tal-konklużjonijiet misluta mill-eżami mmexxi minnu
F’dan ir-rigward, sempliċi ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza ma huwiex biżżejjed biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni. Fil-fatt, huwa biss ksur suffiċjentement serju, u mhux kwalunkwe ksur, ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni li tipproteġi lill-individwi li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta istituzzjoni jew korp tal-Unjoni jingħata setgħa diskrezzjonali, huwa biss ksur manifest u gravi, mill-istanza involuta, tal-limiti li huma imposti għal din is-setgħa li jista’ tikkostitwixxi tali ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni. L-istess japplika f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ diliġenza mill-Ombudsman, li ma huwiex awtomatikament ta’ natura li jikkostitwixxi aġir illegali adattat li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni, iżda għandu jiġi evalwat, billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, fl-eżerċizzju tal-funzjoni tiegħu, l-Ombudsman huwa marbut biss b’obbligu ta’ mezzi u li jibbenefika minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward, l-ewwel nett, tal-fondatezza tal-ilmenti rċevuti u s-segwitu li għandu jingħatalhom, it-tieni nett, tal-mod kif jitmexxew l-investigazzjonijiet miftuħin u kif jitwettqu l-investigazzjonijiet u, it-tielet nett, tal-analiżi tad-data miġbura kif ukoll il-konklużjonijiet li għandhom jissiltu minn din l-analiżi.
(ara l-punti 36-38, 41)
Iva, ċertament, l-Ombudsman igawdi, fl-eżerċizzju tal-funzjoni tiegħu, marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’, b’mod partikolari fir-rigward tas-segwitu li jkun biħsiebu jirriżerva għall-ilmenti li jaslulu u l-mod li bih jinvestigahom, xorta jibqa’ l-fatt li, fir-rigward tar-rendikont tal-kontenut ta’ dokument li ġie trażmess lilu, għall-finijiet li jsostni l-konklużjonijiet li għalihom huwa jasal fil-kuntest ta’ deċiżjoni li tagħlaq investigazzjoni, huwa għandu biss marġni ta’ diskrezzjoni mnaqqsa, jew saħansitra ineżistenti.
(ara l-punt 57)
Fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, id-dannu li għalih jintalab kumpens għandu jkun reali u ċert. Dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ dannu li jikkonsisti fit-telf ta’ fiduċja eventwali fl-uffiċċju tal-Ombudsman. Tali dannu li jista’ jirriżulta minn aġir li l-Ombudsman jadotta fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tiegħu jista’ jaffettwa, irrispettivament, il-persuni kollha li għandhom dritt, f’kull mument, li jressqu lment quddiemu.
(ara l-punti 91, 94)