Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0521

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016.
    SOVAG - Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft vs If Vahinkovakuutusyhtiö Oy.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Punt 2 tal-Artikolu 6 – Ġurisdizzjoni – Azzjoni dwar garanzija jew intervent minn parti terza fi proċedura quddiem il-qorti adita bit-talba oriġinali.
    Kawża C-521/14.

    Court reports – general

    Kawża C‑521/14

    SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft

    vs

    If Vahinkovakuutusyhtiö Oy

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Punt 2 tal-Artikolu 6 — Ġurisdizzjoni — Azzjoni dwar garanzija jew intervent minn parti terza fi proċedura quddiem il-qorti adita bit-talba oriġinali”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016

    1. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Interpretazzjoni uniformi — Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, punt 2 tal-Artikolu 6)

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Azzjoni dwar garanzija jew intervent minn parti terza kontra parti fi proċedura quddiem il-qorti adita bit-talba oriġinali u strettament relatata mal-imsemmija talba — Ġurisdizzjoni tal-imsemmija qorti — Kundizzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, punt 2 tal-Artikolu 6)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 35)

    2.  Il-punt 2 tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jestendi għal azzjoni li tressaq terza persuna, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kontra l-konvenut fil-proċedura oriġinali u li jkollha bħala suġġett talba marbuta mill-qrib mat-talba oriġinali, intiża sabiex tikseb ir-rimbors tal-kumpens imħallas minn din it-terza persuna lir-rikorrent fl-imsemmija proċedura oriġinali, bil-kundizzjoni li din l-azzjoni ma tkunx tressqet sabiex tneħħi lill-imsemmi konvenut mill-ġurisdizzjoni tal-qorti tiegħu.

      Fil-fatt, il-premessa 15 tal-imsemmi regolament tenfasizza li l-funzjonament armonjuż tal-ġustizzja jiddetta li titnaqqas kemm jista’ jkun il-possibbiltà ta’ proċeduri simultanji u li jiġi żgurat li sentenzi irrikkonċiljabbli ma jingħatawx f’żewġ Stati Membri, filwaqt li l-premessa 12 tal-istess regolament tfakkar fil-ħtieġa li l-forum tad-domiċilju tal-konvenut jiġi kkompletat permezz ta’ fora oħra awtorizzati minħabba r-rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-kawża jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Issa, it-trattament, fil-kuntest tal-istess proċedura, tat-talba oriġinali u ta’ talba mressqa minn parti terza kontra waħda mill-partijiet f’din il-kawża u marbuta mill-qrib mal-ewwel talba, huwa ta’ natura li jiffavorixxi l-għanijiet imsemmija hawn fuq f’sitwazzjoni fejn tkun tressqet azzjoni mill-parti leża kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għad-danni u fejn assiguratur ieħor, li jkun diġà kkumpensa parzjalment lil din il-persuna leża għad-danni, ifittex li jikseb mill-ewwel assiguratur ir-rimbors ta’ dan il-kumpens. Fil-fatt, fl-assenza ta’ din il-possibbiltà, ikun hemm ir-riskju li żewġ qrati jaslu, fl-istess kawża, għal soluzzjonijiet differenti, li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħhom imbagħad ikunu inċerti.

      (ara l-punti 38-40, 47 u d-dispożittiv)

    Top