Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0117

    Nisttahuz Poclava

    Kawża C‑117/14

    Grima Janet Nisttahuz Poclava

    vs

    Jose María Ariza Toledano

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 23 de Madrid)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ftehim qafas CES, UNICE, CEEP dwar xogħol għal żmien fiss — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’perijodu ta’ prova ta’ sena — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tikkostitwixxix miżura ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

      (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1))

    2. Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-imprendituri li jipprevedi perijodu ta’ prova ta’ sena – Esklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżoli 2 u 3)

    3. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jorbtu lil Stati Membri f’kuntest li ma jaqax fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni – Esklużjoni

      (Artikolu 267 TFUE))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 28, 29, 38, 40, 41, 44)

    2.  Id-Direttiva 1999/70, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-ĊEEP, u l-ftehim qafas japplikaw għall-ħaddiema kollha li jipprovdu servizzi remunerati fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat li jorbtuhom mal-persuna li timpjegahom. Skont il-klawżola 2(1) tal-ftehim qafas, dan japplika għal kull ħaddiem għal żmien determinat li jkollu kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinit mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiċi fis-seħħ f’kull Stat Membru.

      Konformement mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-klawżola 3 tal-imsemmi ftehim qafas, “ħaddiem għal żmien determinat” għandu jfisser “persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta’ impjieg għal żmien determinat konkluż direttament bejn il-persuna li timpjega u l-ħaddiem fejn it-tmiem tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ impjieg jiġi ddeterminat b’kundizzjonijiet oġġettivi bħal l-ilħuq ta’ data speċifika, it-twettiq ta’ kompitu speċifiku, jew it-twettiq ta’ avveniment speċifiku”.

      Kuntratt bħalma hu l-“kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-impriżi” previst mid-dritt nazzjonali, u kkaratterizat mill-fatt li l-kuntratt huwa konkluż għal żmien indeterminat u rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-ħaddiema u mill-ftehimiet kollettivi applikabbli għall-kuntratti għal żmien indeterminat, bl-eċċezzjoni biss tat-tul tal-perijodu ta’ prova, ma huwiex kuntratt għal żmien determinat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/70. Fil-fatt, il-perijodu ta’ prova jservi essenzjalment sabiex jivverifika l-kapaċità u l-abbiltajiet tal-ħaddiem, filwaqt li l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jiġi użat meta t-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol jew tar-relazzjoni ta’ impjieg huwa ddeterminat minn kundizzjonijiet oġġettivi.

      (ara l-punti 31-34, 36, 38)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 43)

    Top

    Kawża C‑117/14

    Grima Janet Nisttahuz Poclava

    vs

    Jose María Ariza Toledano

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 23 de Madrid)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ftehim qafas CES, UNICE, CEEP dwar xogħol għal żmien fiss — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat b’perijodu ta’ prova ta’ sena — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tikkostitwixxix miżura ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

      (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1))

    2. Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat maħsub bħala miżura ta’ sostenn għall-imprendituri li jipprevedi perijodu ta’ prova ta’ sena — Esklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżoli 2 u 3)

    3. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jorbtu lil Stati Membri f’kuntest li ma jaqax fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni — Esklużjoni