Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0067

    Alimanovic

    Kawża C‑67/14

    Jobcenter Berlin Neukölln

    vs

    Nazifa Alimanovic et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Ċittadinanza tal-Unjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24(2) — Benefiċċji tal-assistenza soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 4 u 70 — Benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus — Ċittadini ta’ Stat Membru li qegħdin ifittxu impjieg residenti fi Stat Membru ieħor — Esklużjoni — Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem”

    Sommarju - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2015

    1. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Direttiva 2004/38 – Benefiċċji tal-assistenza soċjali – Kunċett – Benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus imsemmija fl-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 883/2004 – Inklużjoni

      (Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 70(2); Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 24(2))

    2. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Obbligu tal-Istat Membru ospitanti li jagħti d-dritt għall-benefiċċji soċjali liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li ma jeżerċitawx attività ekonomika – Kundizzjonijiet – Residenza fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti li tosserva l-kundizzjonijiet tad-direttiva

      (Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, premessa 10, u Artikolu 24(1))

    3. Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi minn ċerti benefiċċji speċjali tal-assistenza soċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li għandhom il-kwalità ta’ persuni li qegħdin ifittxu impjieg – Benefiċċji ggarantiti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni – Ammissibbiltà

      (Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 4 u 70(2); Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 14(1) u (4)(b) u 24)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 43, 44)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 49, 50)

    3.  L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, u l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004, dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi minn ċerti benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus, fis-sens tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 883/2004, u li jikkostitwixxu wkoll assistenza soċjali fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li jsibu ruħhom fis-sitwazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 14(4)(b) tal-imsemmija direttiva, minkejja li dawn il-benefiċċji jkunu ggarantiti liċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni.

      Fil-fatt, mir-riferenza magħmula mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38 għall-Artikolu 14(4)(b) tagħha, jirriżulta espressament li l-Istat Membru ospitanti jista’ jiċħad kull benefiċċju tal-assistenza soċjali lil ċittadin tal-Unjoni li jibbenefika minn dritt ta’ residenza abbażi ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar biss.

      Minkejja li d-Direttiva 2004/38 teħtieġ li l-Istat Membru jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni individwali ta’ persuna kkonċernata meta jkun se jadotta miżura ta’ tkeċċija jew jikkonstata li din il-persuna tikkostitwixxi piż mhux raġonevoli fuq is-sistema tal-għajnuna soċjali fil-kuntest tar-residenza tagħha, tali eżami individwali ma huwiex meħtieġ fil-każ ta’ ċittadin tal-Unjoni li jidħol fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti sabiex ifittex impjieg, peress li d-Direttiva 2004/38, li tistabbilixxi sistema gradwali taż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem li hija intiża sabiex tissoda d-dritt ta’ residenza u l-aċċess għall-benefiċċji soċjali, tieħu inkunsiderazzjoni hija stess il-fatturi differenti li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni individwali ta’ kull min jitlob benefiċċju soċjali u, b’mod partikolari, il-perijodu tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika.

      Barra minn hekk, l-eżami individwali intiż biex iwassal għal evalwazzjoni globali tal-piż li l-għoti ta’ benefiċċju jkun jirrappreżenta b’mod konkret fuq is-sistema nazzjonali ta’ assistenza soċjali, l-għajnuna mogħtija lil persuna waħda li tkun qiegħda titlob il-benefiċċju, tista’ diffiċilment tiġi kklassifikata bħala piż mhux raġonevoli għal Stat Membru, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2004/38, li jista’ jkun ta’ piż fuq l-Istat Membru kkonċernat mhux wara li tkun tressqet talba individwali quddiemu, iżda neċessarjament meta jingħaddu t-talbiet individwali kollha li jkunu tressqu quddiemu.

      (ara l-punti 58‑60, 62, 63 u d-dispożittiv)

    Top