EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0584

Mapfre asistencia u Mapfre warranty

Kawża C‑584/13

Directeur général des finances publiques

vs

Mapfre asistencia compañia internacional de seguros y reaseguros SA

u

Mapfre warranty SpA

vs

Directeur général des finances publiques

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ — Kamp ta’ applikazzjoni — Eżenzjoni — Kunċett ta’ ‘[operazzjonijiet ta’] assigurazzjoni’ — Kunċett ta’ ‘provvista ta’ servizzi’ — Somma f’daqqa mħallsa sabiex tiggarantixxi ħsara f’vettura użata”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015

  1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li l-Qorti tal-Ġustizzja tingħata preċiżjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva – Eżenzjoni għall-operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni – Kunċett – Provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fil-garanzija, permezz tal-ħlas ta’ somma f’daqqa, għall-ħsara mekkanika li tista’ tirriżulta f’ċerti partijiet ta’ vettura użata – Provvista minn operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ tal-imsemmija vettura użata – Inklużjoni – Provvista u bejgħ ta’ vettura użata li għandhom jiġu kkunsidrati bħala provvista unika jew provvisti distinti – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13(B)(a), kif emendata bid-Direttiva 91/680)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 31-33)

  2.  L-Artikolu 13(B)(a), tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata bid-Direttiva 91/680, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi operazzjoni ta’ assigurazzjoni eżentata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi minn operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ ta’ vettura użata, li jikkonsisti, permezz tal-ħlas ta’ somma f’daqqa, fil-garanzija li tkopri l-ħsara mekkanika li tista’ tirriżulta f’ċerti partijiet ta’ din il-vettura.

    Fil-fatt, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-ftehim huwiex konkluż mix-xerrej ta’ vettura użata u operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ tal-imsemmija vettura, fejn il-bejjiegħ ikollu biss sempliċement ir-rwol ta’ intermedjarju, jew jekk dan il-bejjiegħ jikkonkludix il-ftehim f’ismu proprju iżda għan-nom tax-xerrej jew jekk il-bejjiegħ jittrasferixxix lix-xerrej id-drittijiet naxxenti mill-ftehim li huwa jkun ikkonkluda f’ismu proprju u fl-interessi tiegħu mal-operatur ekonomiku indipendenti, il-kunċett ta’ “[operazzjoni ta’] assigurazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 13 B(a) tas-Sitt Direttiva, huwa wiesa’ biżżejjed sabiex ikopri kull waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet.

    Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni ta’ provvista ta’ “[operazzjoni ta’] assigurazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 13 B(a) tas-Sitt Direttiva, ma tistax tiddependi fuq il-mod kif l-assiguratur jiġġestixxi l-portata tar-riskju li huwa jobbliga ruħu li jkopri u jikkalkula l-ammont eżatt tal-primjums. F’dan ir-rigward, l-essenza stess tal-“[operazzjoni ta’] assigurazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 13 B(a) tas-Sitt Direttiva, tinsab fil-fatt li l-assigurat jipproteġi ruħu mir-riskju ta’ telf finanzjarju, li huwa inċert iżda potenzjalment kunsiderevoli, permezz ta’ primjum li l-ħlas tiegħu huwa, min-naħa tiegħu, ċert iżda limitat.

    Fl-aħħar, il-provvista ta’ servizz bħal dak iċċitat iktar ’il fuq u l-bejgħ ta’ vettura użata għandhom, fil-prinċipju, jiġu kkunsidrati bħala provvisti separati u indipendenti li għandhom jiġu ttrattati separatament mill-perspettiva ta’ taxxa fuq il-valur miżjud. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawżi prinċipali, il-bejgħ ta’ vettura użata u l-garanzija pprovduta minn operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ ta’ din il-vettura li tkopri l-ħsara mekkanika li tista’ tirriżulta f’ċerti partijiet ta’ din tal-aħħar humiex daqstant marbuta flimkien li għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu operazzjoni unika jew jekk, għall-kuntrarju, jikkostitwixxux operazzjonijiet indipendenti.

    (ara l-punti 38, 41, 42, 58 u d-dispożittiv)

Top