This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0535
Ipatau vs Il-Kunsill
Ipatau vs Il-Kunsill
Kawża C‑535/14 P
Vadzim Ipatau
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra r-Repubblika tal-Bjelorussja — Ammissibbiltà — Terminu tar-rikors — Għajnuna legali — Effett sospensiv — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ proporzjonalità”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015
Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Applikazzjoni stretta tar-regoli tal-Unjoni
Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Talba għal għajnuna legali bla ħlas — Sospensjoni għall-preżentata ta’ rikors — Kundizzjonijiet — Indikazzjoni tal-att li għandu jkun kopert mir-rikors li għandu jiġi ppreżentat, bħala tali, f’din it-talba
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 96(4))
Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Drittijiet tad-difiża — Komunikazzjoni tal-provi kontra — Deċiżjoni sussegwenti li żammet l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ persuni suġġetti għal dawn il-miżuri — Assenza ta’ motivi ġodda — Ksur tad-dritt ta’ smigħ — Assenza
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1017/2012)
Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Distinzjoni
(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)
Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Portata tal-istħarriġ
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/666/PESK u 2012/642/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1000/2011 u Nru 1017/2012)
Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà
(Artikolu 256 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169(2))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 14)
It-terminu previst għall-preżentata ta’ rikors kontra att, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 96(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, huwa sospiż permezz tal-preżentata ta’ talba għal għajnuna legali, biss meta dan l-att jissemma f’din it-talba bħala att li għandu jkun kopert mir-rikors li għandu jiġi ppreżentat.
(ara l-punti 15, 18)
Fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li żżomm isem persuna jew entità fuq lista ta’ persuni jew entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi adottati kontra r-Repubblika tal-Bjelorussja, il-Kunsill għandu jirrispetta d-dritt ta’ din il-persuna jew ta’ din l-entità li jinstemgħu minn qabel meta fid-deċiżjoni ta’ żamma tal-inklużjoni ta’ isimha fuq il-lista jkunu qed jiġu kkunsidrati provi ġodda fir-rigward tagħha, jiġifieri provi li ma kinux inklużi fid-deċiżjoni inizjali ta’ inklużjoni ta’ isimha fuq din il-lista.
Meta r-raġunijiet għaż-żamma tal-inklużjoni ta’ persuna fil-lista ta’ persuni suġġetti għal dawn il-miżuri restrittivi ma nbidlux sostanzjalment u meta din il-persuna kienet diġà ppreżentat osservazzjonijiet lill-Kunsill u għalhekk kienet taf, li kellha dan id-dritt, a fortiori, fl-okkażjoni tal-eżami mill-ġdid perijodiku tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-Repubblika tal-Bjelorussja, għal estensjoni possibbli ta’ dawn, ma jistax jiġi konkluż li hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ din il-persuna.
(ara l-punti 26-28)
L-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE jikkostitwixxi formalità sostanzjali li għandha tiġi distinta mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivazzjoni, li taqa’ taħt il-legalità materjali tal-att kontenzjuż. Fil-fatt, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tesprimi formalment ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni. Jekk dawn il-motivi jkunu vvizzjati bi żbalji, dawn jivvizzjaw il-legalità sostantiva tad-deċiżjoni, iżda mhux il-motivazzjoni tagħha, li tista’ tkun suffiċjenti filwaqt li jkunu espressi motivi żbaljati. L-ilmenti u l-argumenti intiżi sabiex jikkontestaw il-fondatezza ta’ att, għalhekk ma humiex rilevanti fil-kuntest ta’ aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti.
(ara l-punt37)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 42)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 56-59)