Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0260

    Aykul

    Kawża C‑260/13

    Sevda Aykul

    vs

    Land Baden-Württemberg

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Sigmaringen)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/126/KE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li saqet taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi tal-Unjoni rilevanti – Riformulazzjoni tad-domandi

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Trasport – Trasport bit-triq – Liċenzja tas-sewqan – Direttiva 2006/126 – Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan – Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor minħabba l-aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur fit-territorju tal-ewwel Stat Membru – Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/126, Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4))

    3. Trasport – Trasport bit-triq – Liċenzja tas-sewqan – Direttiva 2006/126 – Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan – Kundizzjonijiet applikabbli għall-irkupru tad-dritt tas-sewqan wara r-rifjut ta’ rikonoxximent tal-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Verifika mill-qorti nazzjonali

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/126, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 42, 43)

    2.  L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jirrisjedi temporanjament, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur tagħha li seħħ f’dan it-territorju sussegwentement għall-ħruġ ta’ din il-liċenzja tas-sewqan u li, skont il-liġi nazzjonali tal-ewwel Stat Membru, huwa ta’ natura li jwassal għall-inkapaċità għas-sewqan tal-vetturi bil-mutur.

      F’dan ir-rigward, għalkemm il-possibbiltà mogħtija lil Stat Membru li jirtira mingħand id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan l-awtorizzazzjoni li jsuq fit-territorju tiegħu ċertament tikkostitwixxi limitazzjoni għall-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan, din il-limitazzjoni, li tippermetti li jitnaqqas ir-riskju li jseħħu inċidenti tat-traffiku, hija madankollu ta’ natura li ssaħħaħ is-sigurtà fit-toroq, li huwa fl-interess taċ-ċittadini kollha.

      (ara l-punti 70, 71 u d-dispożittiv 1)

    3.  L-Istat Membru li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan skont l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu. Hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina jekk, permezz tal-applikazzjoni tar-regoli tiegħu stess, l-Istat Membru inkwistjoni ma jipprekludix, fir-realtà, indefinittivament ir-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor. F’din il-perspettiva, hija għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit mid-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq.

      (ara l-punt 84 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi tal-Unjoni rilevanti — Riformulazzjoni tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

    2. Trasport — Trasport bit-triq — Liċenzja tas-sewqan — Direttiva 2006/126 — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor minħabba l-aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur fit-territorju tal-ewwel Stat Membru — Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/126, Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4))

    3. Trasport — Trasport bit-triq — Liċenzja tas-sewqan — Direttiva 2006/126 — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Kundizzjonijiet applikabbli għall-irkupru tad-dritt tas-sewqan wara r-rifjut ta’ rikonoxximent tal-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Verifika mill-qorti nazzjonali