Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0570

    Gruber

    Kawża C‑570/13

    Karoline Gruber

    vs

    Unabhängiger Verwaltungssenat für Kärnten et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Kostruzzjoni ta’ ċentru kummerċjali — Effett vinkolanti ta’ deċiżjoni amministrattiva li ma ssirx evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent — Assenza ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ April 2015

    Ambjent – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 2011/92 – Dritt għal azzjoni legali tal-membri tal-pubbliku kkonċernat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi minn dan id-dritt il-ġirien li jagħmlu parti mill-pubbliku kkonċernat – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/92, Artikoli 1(2) u 11(1))

    L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li deċiżjoni amministrattiva, li tikkonstata li ma hemmx lok li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent fir-rigward ta’ proġett, għandha effett vinkolanti fir-rigward tal-ġirien esklużi mid-dritt għal azzjoni legali kontra l-imsemmija deċiżjoni amministrattiva, u dan bil-kundizzjoni li dawn il-ġirien, li jagħmlu parti mill-“pubbliku kkonċernat” fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, jissodisfaw il-kriterji previsti mid-dritt nazzjonali fir-rigward tal-“interess [ġuridiku] suffiċjenti” jew fir-rigward tal-“ksur ta’ dritt”. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfatta fil-kawża pendenti quddiemha. Fl-affermattiv, hija għandha tikkonstata l-assenza ta’ effett vinkolanti fir-rigward tal-imsemmija ġirien ta’ deċiżjoni amministrattiva li ma titwettaqx tali evalwazzjoni.

    Fil-fatt, għalkemm l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex jiddeterminaw x’jikkostitwixxi “interess [ġuridiku] suffiċjenti” jew “ksur ta’ dritt”, il-limiti tal-imsemmi marġni ta’ diskrezzjoni jinsabu fl-osservanza tal-għan li jiġi żgurat aċċess wiesa’ għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat. F’dan ir-rigward, għalkemm huwa possibbli għal-leġiżlatur nazzjonali, b’mod partikolari, li jillimita d-drittijiet li l-ksur tagħhom ikun jista’ jiġi invokat minn individwu kontra wieħed jew waħda mill-atti, deċiżjonijiet jew ommissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92 għad-drittijiet suġġettivi pubbliċi biss, jiġifieri d-drittijiet individwali li jistgħu, skont id-dritt nazzjonali, jiġu kklassifikati bħala drittijiet suġġettivi pubbliċi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar id-drittijiet ta’ azzjoni legali tal-membri tal-pubbliku kkonċernat mid-deċiżjonijiet, mill-atti jew mill-ommissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva ma jistgħux jiġu interpretati b’mod restrittiv.

    Għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt għal azzjoni legali kontra d-deċiżjonijiet li jikkonstataw jekk huwiex meħtieġ li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett għall-applikanti għall-proġett, għall-awtoritajiet involuti, għall-Ombudsman għall-ambjent u għall-komun ikkonċernat, bl-esklużjoni ta’ numru kbir ħafna ta’ individwi, inklużi b’mod partikolari l-ġirien li jistgħu eventwalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 11(1) hija inkompatibbli mad-Direttiva 2011/92.

    (ara l-punti 38-40, 42, 43, 51 u d-dispożittiv)

    Top

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent –Direttiva 2011/92 — Dritt għal azzjoni legali tal-membri tal-pubbliku kkonċernat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi minn dan id-dritt il-ġirien li jagħmlu parti mill-pubbliku kkonċernat — Inammissibbiltà