Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0042

Cartiera dell’Adda

Kawża C‑42/13

Cartiera dell’Adda SpA

vs

CEM Ambiente SpA

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia)

“Kuntratti pubbliċi — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza — Direttiva 2004/18/KE — Raġunijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni — Artikolu 45 — Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent — Dikjarazzjoni obbligatorja dwar il-persuna indikata bħala ‘direttur tekniku’ — Ommissjoni tad-dikjarazzjoni fl-offerta — Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li tiġi rrettifikata din l-ommissjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Novembru

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Tressiq minn qorti li tagħti deċiżjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal rikors fid-dritt intern – Eżistenza ta’ sentenza ta’ qorti superjuri li għandha awtorità ta’ res judicata meqjusa kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni mill-qorti tar-rinviju – Ammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Obbligu ta’ trasparenza – Sitwazzjoni personali ta’ kandidat jew ta’ offerent – Esklużjoni mill-parteċipazzjoni għal kuntratt ta’ operatur ekonomiku li ma osservax obbligu fid-dokumenti tal-kuntratt – Ammissibbiltà – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni ulterjuri – Esklużjoni

    (Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 2 u 45)

  1.  Qorti li ma tiddeċidix fl-aħħar istanza għandha tkun libera li tressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li jħassbuha, jekk tqis li l-evalwazzjoni fid-dritt magħmula fi grad superjuri tista’ twassalha li tagħti sentenza bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.

    (ara l-punt 27)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 29)

  3.  L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata bir-Regolament Nru 1177/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tagħha, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku minn proċedura ta’ sejħa għal offerti, minħabba li dan l-operatur ma osservax l-obbligu, previst fid-dokumenti tal-kuntratt, taħt piena ta’ esklużjoni, li jannetti mal-offerta tiegħu dikjarazzjoni skont liema l-persuna indikata f’din l-offerta bħala direttur tekniku tal-imsemmi operatur ma tkunx suġġetta għal proċedura jew kundanna kriminali, anki meta, f’data wara l-iskadenza tat-terminu impost għall-preżentazzjoni tal-offerti, din id-dikjarazzjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-awtorità kontraenti jew jiġi ppruvat li l-kwalità ta’ direttur tekniku ngħatat lil din il-persuna bi żball.

    (ara l-punt 50 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑42/13

Cartiera dell’Adda SpA

vs

CEM Ambiente SpA

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia)

“Kuntratti pubbliċi — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza — Direttiva 2004/18/KE — Raġunijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni — Artikolu 45 — Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent — Dikjarazzjoni obbligatorja dwar il-persuna indikata bħala ‘direttur tekniku’ — Ommissjoni tad-dikjarazzjoni fl-offerta — Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li tiġi rrettifikata din l-ommissjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Novembru

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Tressiq minn qorti li tagħti deċiżjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal rikors fid-dritt intern — Eżistenza ta’ sentenza ta’ qorti superjuri li għandha awtorità ta’ res judicata meqjusa kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni mill-qorti tar-rinviju — Ammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Obbligu ta’ trasparenza — Sitwazzjoni personali ta’ kandidat jew ta’ offerent — Esklużjoni mill-parteċipazzjoni għal kuntratt ta’ operatur ekonomiku li ma osservax obbligu fid-dokumenti tal-kuntratt — Ammissibbiltà — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni ulterjuri — Esklużjoni