Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0605

Welmory

Kawża C‑605/12

Welmory sp. z o.o.

vs

Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 44 — Kunċett ta’ ‘stabbiliment fiss’ tal-persuna li tirċievi servizzi — Post fejn il-provvisti ta’ servizzi huma kkunsidrati li ġew fornuti lil persuni taxxabbli — Tranżazzjoni intra-Komunitarja”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014

  1. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Determinazzjoni tad-domandi li għandhom isiru – Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali – Possibbiltà għall-partijiet li jibdlu l-kontenut tad-domandi – Assenza

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Provvista ta’ servizzi – Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni – “Stabbiliment fiss” fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 – Kunċett – Grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta ta’ stabbiliment f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettu li wieħed jirċievi u juża servizzi – Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 282/2011, ir-raba’ premessa tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 9(1) u 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2008/8, Artikolu 44)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 33, 34)

  2.  L-ewwel persuna taxxabbli li tkun stabbilixxiet il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru, li tibbenefika minn servizzi fornuti minn tieni persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor, għandha tkun ikkunsidrata bħala li għandha fi Stat Membru ieħor “stabbiliment fiss”, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva 2008/8, bil-għan tal-istabbiliment tal-post fejn jiġu ntaxxati dawn is-servizzi, jekk dan l-istabbiliment huwa kkaratterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-finijiet tan-negozju tiegħu, li għandu jiġi stabbilit mill-qorti tar-rinviju.

    Fir-rigward tal-post ta’ referenza, il-formulazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 hija simili għal dik tal-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ. Barra minn hekk, kemm l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll l-Artikolu 9(1) tas-Sitt Direttiva huma dispożizzjonijiet li jiddeterminaw il-post ta’ referenza għal skopijiet ta’ taxxa tal-provvisti ta’ servizzi u għandhom l-istess għan, b’mod li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1), iċċitat iktar ’il fuq hija, bħala regola, trasponibbli mutatis mutandis għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 44 iċċitat iktar ’il fuq. Din il-kunsiderazzjoni hija kkorroborata mir-Regolament Nru 282/2011, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112, li għandu bħala għan, skont il-kliem tal-premessa 4 tiegħu, li jiggarantixxi applikazzjoni iktar uniformi tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud, billi jiġu adattati dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 2006/112, f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-persuni taxxabbli, il-provvista ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi, kif ukoll il-post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli.

    Barra minn hekk, il-punt ta’ referenza l-iktar utli sabiex jiġi stabbilit il-post tal-provvisti ta’ servizzi, mill-perspettiva fiskali, u, għalhekk, prioritarju, huwa dak fejn il-persuna taxxabbli stabbilixxiet il-post tan-negozju tagħha. Il-fatt li n-negozju, bħal dak eżerċitat minn kumpannija fi Stat Membru, li jikkonsisti f’li tiġi operata sistema ta’ rkantijiet elettroniċi, li tinkludi, minn naħa, li jiġi pprovdut lil kumpannija ta’ Stat Membru ieħor, sit tal-internet tal-bejgħ bl-irkant, u, min-naħa l-oħra, il-ħruġ u l-bejgħ ta’ “bids” lill-klijenti ta’ dan l-aħħar Stat Membru, jista’ jkun eżerċitat mingħajr ma tkun meħtieġa struttura umana u materjali effettiva fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat Membru, ma huwiex determinanti. Minkejja n-natura partikolari tiegħu, tali negozju jeħtieġ, tal-inqas, struttura xierqa, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari r-riżorsi umani u tekniċi, bħal tagħmir informatiku, servers u software adattati.

    It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ stabbiliment ieħor jiġi kkunsidrat biss fil-każ fejn dan il-post tan-negozju ma jwassalx għal soluzzjoni razzjonali jew joħloq kunflitt ma’ Stat Membru ieħor.

    (ara l-punti 43, 44, 53, 58, 60, 65 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑605/12

Welmory sp. z o.o.

vs

Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 44 — Kunċett ta’ ‘stabbiliment fiss’ tal-persuna li tirċievi servizzi — Post fejn il-provvisti ta’ servizzi huma kkunsidrati li ġew fornuti lil persuni taxxabbli — Tranżazzjoni intra-Komunitarja”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014

  1. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Determinazzjoni tad-domandi li għandhom isiru — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali — Possibbiltà għall-partijiet li jibdlu l-kontenut tad-domandi — Assenza

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ servizzi — Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni — “Stabbiliment fiss” fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 — Kunċett — Grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta ta’ stabbiliment f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettu li wieħed jirċievi u juża servizzi — Inklużjoni