Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0342

Sommarju tas-sentenza

Kawża C‑342/12

Worten — Equipamentos para o Lar SA

vs

Autoridade para as Condições de Trabalho (ACT)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Viseu)

“Ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2 — Kunċett ta’ ‘data personali’ — Artikoli 6 u 7 — Prinċipji dwar il-kwalità tad-data u l-kriterji biex l-ipproċessar tad-data jkun leġittimu — Artikolu 17 — Sigurtà tal-ipproċessar — Ħin tax-xogħol tal-ħaddiema — Reġistru tal-ħin tax-xogħol — Aċċess tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol — Obbligu tal-persuna li timpjega li tagħmel disponibbli r-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti li wieħed jikkonsultah b’mod immedjat”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Direttiva 95/46 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ data personali – Reġistru tal-ħin tax-xogħol li jinkludi l-indikazzjoni tal-ħin tal-bidu u tat-tmiem tax-xogħol għal kull ħaddiem, kif ukoll il-waqfiet u l-pawżi korrispondenti – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 2(a))

  2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi rilevanti tal-Unjoni – Formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Direttiva 95/46 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-persuna li timpjega l-obbligu li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol reġistru tal-ħin tax-xogħol sabiex tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Natura neċessarja tal-imsemmi obbligu

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 6(1)(b) u (ċ) u 7(ċ) u (e))

  1.  L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li reġistru tal-ħin tax-xogħol li jinkludi l-indikazzjoni tal-ħin tal-bidu u tat-tmiem tax-xogħol għal kull ħaddiem, kif ukoll il-waqfiet u l-pawżi korrispondenti, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “data personali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

    (ara l-punt 22 u d-dispożittiv 1)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 30, 31)

  3.  L-Artikoli 6(1)(b) u (ċ) kif ukoll l-Artikolu 7(ċ) u (e) tad-Direttiva 95/46, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-persuna li timpjega l-obbligu li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ir-reġistru tal-ħin tax-xogħol sabiex tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu, sa fejn dan l-obbligu jkun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq, minn din l-awtorità, tal-missjonijiet tagħha ta’ sorveljanza tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-ħin tax-xogħol.

    (ara l-punt 45 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C‑342/12

Worten — Equipamentos para o Lar SA

vs

Autoridade para as Condições de Trabalho (ACT)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Viseu)

“Ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2 — Kunċett ta’ ‘data personali’ — Artikoli 6 u 7 — Prinċipji dwar il-kwalità tad-data u l-kriterji biex l-ipproċessar tad-data jkun leġittimu — Artikolu 17 — Sigurtà tal-ipproċessar — Ħin tax-xogħol tal-ħaddiema — Reġistru tal-ħin tax-xogħol — Aċċess tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol — Obbligu tal-persuna li timpjega li tagħmel disponibbli r-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti li wieħed jikkonsultah b’mod immedjat”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ data personali — Reġistru tal-ħin tax-xogħol li jinkludi l-indikazzjoni tal-ħin tal-bidu u tat-tmiem tax-xogħol għal kull ħaddiem, kif ukoll il-waqfiet u l-pawżi korrispondenti — Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46, Artikolu 2(a))

  2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-punti ta’ liġi rilevanti tal-Unjoni — Formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-persuna li timpjega l-obbligu li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol reġistru tal-ħin tax-xogħol sabiex tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Natura neċessarja tal-imsemmi obbligu