Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0072

Sommarju tas-sentenza

Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10

Proċeduri kriminali

kontra

Marcello Costa u Ugo Cifone

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

“Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ liċenzja — Konsegwenzi li jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti ta’ liċenzji — Għoti ta’ 16 300 liċenzja addizzjonali — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tad-detenturi ta’ liċenzji preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn postijiet ta’ ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà”

Sommarju tas-sentenza

  1. Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni – Rifjut ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni bi ksur tad-dritt tal-Unjoni

    (Artikoli 43 KE u 49 KE)

  2. Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni mill-pulizija – Esklużjoni ta’ operatur minn sejħa għal offerti intiża għall-għoti ta’ tali liċenzja, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni

    (Artikoli 43 KE u 49 KE)

  3. Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni – Kundizzjonijiet għad-dekadenza ta’ liċenzji mogħtija wara t-tmiem ta’ sejħa għal offerti

    (Artikoli 43 KE u 49 KE)

  1.  L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprovdi b’mod partikolari għal distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti.

    Sistema ta’ distanza minima bejn postijiet ta’ bejgħ tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk tali regoli, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, ma kellhomx bħala għan reali l-protezzjoni tal-pożizzjonijiet kummerċjali tal-operaturi eżistenti iktar milli dak li jiġbru d-domanda għal-logħob tal-ażżard f’sistemi kkontrollati. Barra minn hekk, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk l-obbligu tal-osservanza ta’ distanzi minimi, li jipprekludi li postijiet tal-bejgħ addizzjonali jiġu stabbiliti f’żoni ffrekwentati ħafna mill-pubbliku, huwiex tassew ta’ natura li jilħaq l-għan invokat u għandux fil-fatt il-konsegwenza li l-operaturi l-ġodda jagħżlu li jistabbilixxu ruħhom f’postijiet inqas iffrekwentati u b’hekk jiżguraw kopertura nazzjonali.

    (ara l-punti 65, 66 u d-dispożittiv 1)

  2.  L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr liċenzja jew mingħajr awtorizzazzjoni mill-pulizija fuq persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża sabiex tirrimedja għal dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti sussegwenti ta’ liċenzji ġodda ma jirrimedjawx fil-fatt għall-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti.

    Dan huwa l-każ meta proċeduri kriminali mibdija kontra operatur, li iktar tard irriżultaw li ma kellhomx bażi legali, kienu pendenti meta saret is-sejħa għal offerti intiża sabiex tirrimedja għan-nuqqasijiet tal-ewwel sejħa għal offerti, b’mod li jrendi prattikament impossibbli l-parteċipazzjoni ta’ tali operatur fit-tieni sejħa għal offerti taħt piena ta’ dekadenza immedjata tal-liċenzja tiegħu. Fil-fatt, minkejja li, taħt ċerti kundizzjonijiet, jista’ jirriżulta ġġustifikat li jittieħdu miżuri preventivi kontra operatur tal-logħob tal-ażżard issuspettat, fuq il-bażi ta’ indizji probatorji, li huwa involut f’attivitajiet kriminali, esklużjoni mis-suq permezz tad-dekadenza tal-liċenzja għandha, bħala prinċipju, tiġi kkunsidrata li hija proporzjonali għall-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità biss kemm-il darba din hija bbażata fuq sentenza res judicata li tirrigwarda reat suffiċjentement serju. Barra minn hekk, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, anki b’mod temporanju, l-esklużjoni ta’ operaturi mis-suq tista’ tiġi kkunsidrata proporzjonali biss kemm-il darba jkun hemm possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju effikaċi kif ukoll ta’ kumpens għad-danni subiti fejn, sussegwentement, din l-esklużjoni tirriżulta li ma hijiex iġġustifikata.

    (ara l-punti 81, 84, 91 u d-dispożittiv 2)

  3.  Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, mill-obbligu ta’ trasparenza u kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti dwar il-logħob tal-ażżard li ma jinkludix it-tiġrijiet taż-żwiemel, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.

    (ara l-punti 89, 92 u d-dispożittiv 3)

Top

Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10

Proċeduri kriminali

kontra

Marcello Costa u Ugo Cifone

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

“Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ liċenzja — Konsegwenzi li jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti ta’ liċenzji — Għoti ta’ 16 300 liċenzja addizzjonali — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tad-detenturi ta’ liċenzji preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn postijiet ta’ ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà”

Sommarju tas-sentenza

  1. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni — Rifjut ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni bi ksur tad-dritt tal-Unjoni

    (Artikoli 43 KE u 49 KE)

  2. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni mill-pulizija — Esklużjoni ta’ operatur minn sejħa għal offerti intiża għall-għoti ta’ tali liċenzja, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni

    (Artikoli 43 KE u 49 KE)

  3. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni — Kundizzjonijiet għad-dekadenza ta’ liċenzji mogħtija wara t-tmiem ta’ sejħa għal offerti