Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62011CO0235

Sommarju tad-digriet

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 21, 27)

2. Appell - Aggravji - Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni - Żball purament redazzjonali - Żball li ma jistax jiġġustifika l-annullament tas-sentenza (ara l-punt 33)

3. Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 40, 54, 55, 62)

4. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta - Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-benefiċċji relatati tal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-kuntrattur - Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva bir-reqqa tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent eskluż - Assenza - Aggravju manifestament infondat (Artikolu 256 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 50-52)

5. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punt 61)

6. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja - Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punti 66, 67)

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-3 ta’ Marzu 2011, fil-Kawża T‑589/08 (Evropaïki Dynamiki vs Il‑Kummissjoni), li tiċħad rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti ENV.C2/FRA/2008/0017, intiża għall-konklużjoni ta’ kuntratt-qafas għall-provvista ta’ servizzi IT (Teknoloġija tal-Informazzjoni) u ta’ għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet [ġurnal ta’ tranżazzjonijiet Komunitarji indipendenti (CITL) u reġistru Komunitarju (CR)] (ĠU 2008/S 72‑096229), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

Üles