This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CJ0304
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-304/08
Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
vs
Plus Warenhandelsgesellschaft mbH
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)
“Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi bħala prinċipju l-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’logħob promozzjonali għax-xiri ta’ prodott jew ta’ servizz”
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali V. Trstenjak, ippreżentati fit-3 ta’ Settembru 2009 I ‐ 219
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2010 I ‐ 254
Sommarju tas-sentenza
Approssimazzjoni tal-liġijiet – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29)
Id-Direttiva 2005/29, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprovdi għall-projbizzjoni bħala l-prinċipju, mingħajr ma jittieħed kont taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ inkwistjoni, il-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’kompetizzjoni jew f’logħob promozzjonali għax-xiri ta’ prodott jew ta’ servizz.
Fil-fatt id-Direttiva 2005/29 tistabbilixxi, fl-Anness I tagħha, lista eżawrjenti tal-31 prattika kummerċjali li, skont l-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, huma kkunsidrati bħala żleali “f’kull ċirkustanza”. Konsegwentement, kif tippreċiża b’mod speċifiku l-premessa 17 tal-imsemmija direttiva, huma biss dawn il-prattiki kummerċjali li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala żleali mingħajr ma jkunu suġġetti għal evalwazzjoni każ b’każ skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29. Għalhekk, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi projbizzjoni bħala prinċipju tal-prattiki li jissuġġettaw il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi f’logħob jew f’kompetizzjoni għax-xiri ta’ prodotti jew ta’ servizzi, ma tissodisfax il-ħtiġiet stabbiliti mill-imsemmija direttiva.
Fl-aħħar nett, l-imsemmija leġiżlazzjoni tmur kontra l-kontenut tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29 li espressament jipprojbixxi lill-Istati Membri li jżommu jew li jadottaw miżuri nazzjonali iktar restrittivi, anki jekk tali miżuri huma intiżi sabiex jiżguraw livell ta’ protezzjoni iktar għoli tal-konsumaturi.
(ara l-punti 45, 47, 50, 54 u d-dispożittiv)