Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62006CJ0103
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-103/06
Philippe Derouin
vs
Union pour le recouvrement des cotisations de sécurité sociale et d’allocations familiales de Paris — Région parisienne (Urssaf de Paris — Région parisienne)
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal des affaires de sécurité sociale de Paris)
“Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Persuni li jaħdmu għal rashom li jirrisjedu u li jeżerċitaw attività fi Franza — Kontribuzzjoni soċjali ġeneralizzata — Kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali — Teħid in kunsiderazzjoni ta’ dħul magħmul fi Stat Membru ieħor u suġġett hemmhekk għat-taxxa skond ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja”
Konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali P. Mengozzi, ippreżentati fit-18 ta’ Ottubru 2007 I - 1855
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ April 2008 I - 1880
Sommarju tas-sentenza
Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Kompetenza ta’ l-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom
(Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71)
Ir-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 307/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru, li l-leġiżlazzjoni soċjali tiegħu biss hi applikabbli għal ħaddiem residenti li jaħdem għal rasu, milli jeskludi mill-bażi tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet bħall-kontribuzzjoni soċjali ġeneralizzata u l-kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali, id-dħul magħmul mill-imsemmi ħaddiem fi Stat Membru ieħor, b’mod partikolari permezz ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul.
(ara l-punt 32 u d-dispożittiv)