EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0540

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) tat-22 ta’ Marzu 2018.
Emilio De Capitani vs Il-Parlament Ewropew.
Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti – Trilogi – Tabelli b’erba’ kolonni li jikkonċernaw il-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Europol u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għat-tabelli b’erba’ kolonni stabbiliti fil-kuntest tat-trilogi.
Kawża T-540/15.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Kawża T‑540/15

Emilio De Capitani

vs

Il-Parlament Ewropew

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti – Trilogi – Tabelli b’erba’ kolonni li jikkonċernaw il-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Europol u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ rifjut ta’ aċċess għat-tabelli b’erba’ kolonni stabbiliti fil-kuntest tat-trilogi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) tat-22 ta’ Marzu 2018

  1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ istituzzjoni li tagħti biss aċċess parzjali għal dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti – Tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tad-dokumenti inkwistjoni wara t-tmiem tal-proċedura leġiżlattiva – Żamma tal-interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

  2. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 11 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3))

  3. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Kundizzjonijiet – Dannu konkret, effettiv u serju għall-imsemmi proċess – Possibbiltà għall-istituzzjoni li tibbaża ruħha fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti – Limiti

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3))

  4. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Kunċett – Portata – Partikolarità tal-proċess leġiżlattiv – Prinċipji ta’ pubbliċità u ta’ trasparenza

    (Artikoli 15(2) TFUE u 294(1) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 6 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3))

  5. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Portata – Rifjut ta’ aċċess ibbażat fuq in-neċessità ta’ protezzjoni tal-proċess kontra pressjoni esterna – Oneru tal-prova

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3))

  6. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Portata – Dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti stabbiliti fil-kuntest ta’ trilogu – Rifjut ta’ aċċess ibbażat fuq in-natura provviżorja tal-informazzjoni li tinsab f’dawn id-dokumenti – Inammissibbiltà

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3))

  7. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Portata – Dokumenti li jirrigwardaw proċedura leġiżlattiva pendenti stabbiliti fil-kuntest ta’ trilogu – Rifjut ta’ aċċess ibbażat fuq il-possibbiltà ta’ deterjorazzjoni tal-kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet – Oneru tal-prova

    (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE u Artikolu 13(2) TUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3))

  1.  Rikors għal annullament ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika huwa ammissibbli biss sa fejn ir-rikorrent ikollu interess li jara li l-att ikkontestat jiġi annullat.

    F’dan ir-rigward, rikorrent għandu interess sabiex jitlob l-annullament ta’ att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni sabiex jiġi evitat li l-illegalità allegata tiegħu ma terġax isseħħ fil-futur. Tali interess ġuridiku jista’ madankollu jeżisti biss jekk l-illegalità allegata tkun tista’ terġa’ sseħħ fil-futur indipendentement miċ-ċirkustanzi tal-kawża li taw lok għar-rikors ippreżentat mir-rikorrent.

    Dan huwa l-każ meta, fir-rigward ta’ rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti li jikkonċernaw proċedura leġiżlattiva pendenti, l-illegalità allegata hija bbażata fuq interpretazzjoni ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li l-istituzzjoni li quddiemha tressqet it-talba għal aċċess probabbilment tirrepeti fil-każ ta’ talba ġdida, iktar u iktar minħabba li parti mill-motivi tar-rifjut ta’ aċċess invokati fid-deċiżjoni kkontestata jistgħu japplikaw b’mod trasversali għal kull talba għal aċċess għax-xogħlijiet tat-trilogi pendenti.

    Barra minn hekk, sa fejn kemm it-talba inizjali għal aċċess kif ukoll it-talba konfermatorja jkunu intiżi espliċitament sabiex jingħataw ċertu numru ta’ dokumenti li jirrigwardaw proċeduri leġiżlattivi pendenti u fejn l-istituzzjoni kkonċernata tkun tat biss aċċess parzjali għal dawn id-dokumenti, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tad-dokumenti inkwistjoni wara t-tmiem tal-proċedura leġiżlattiva li dawn id-dokumenti jirrigwardaw ma jissodisfax kompletament lil min iressaq it-talba, fid-dawl tal-għan tat-talbiet tiegħu, u għalhekk huwa jżomm interess ġuridiku sabiex jitlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

    (ara l-punti 29, 32, 33)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 59 sa 62)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 63sa 67)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 77, 84)

  5.  Għalkemm ir-riskju ta’ pressjoni esterna jista’ jikkostitwixxi raġuni leġittima sabiex l-aċċess għad-dokumenti marbuta mal-proċess deċiżjonali jiġi ristrett, huwa madankollu neċessarju li r-realtà ta’ tali pressjoni esterna tiġi stabbilita b’ċertezza, u li jiġu prodotti provi li juru li r-riskju li d-deċiżjoni li għandha tittieħed tiġi affettwata b’mod sostanzjali huwa raġonevolment prevedibbli minħabba dik il-pressjoni esterna.

    (ara l-punt 99)

  6.  F’dak li jirrigwarda talba għal aċċess għal dokumenti stabbiliti fil-kuntest tat-trilogi li jseħħu matul proċedura leġiżlattiva ordinarja, in-natura preliminari tat-test tal-kompromess provviżorju jew il-pożizzjoni preliminari tal-President tal-Kunsill fir-rigward tal-emendi proposti mill-Parlament, fis-sens li l-kontenut tagħhom jista’ jiġi żviluppat fuq bażi kontinwa tul il-progress tax-xogħlijiet tat-trilogi, ma tippermettix li tiġi ġġustifikata, bħala tali, l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, peress li din id-dispożizzjoni ma tagħmilx distinzjoni abbażi tal-istat ta’ progress tad-diskussjonijiet. Din id-dispożizzjoni tipprevedi b’mod ġenerali d-dokumenti li jirrigwardaw kwistjoni “fejn id-deċiżjoni ma ttiħditx” mill-istituzzjoni kkonċernata, għall-kuntrarju tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tal-imsemmi regolament, li jipprevedi l-każ fejn l-istituzzjoni kkonċernata tkun ħadet deciżjoni.

    F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li d-dokumenti inkwistjoni jkunu ġew imħejjija jew irċevuti fi stadju prekoċi, avvanzat jew finali tal-proċess deċiżjonali. Bl-istess mod, il-fatt li dan seħħ f’kuntest formali jew informali huwa irrilevanti għall-interpretazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001.

    Barra minn hekk, proposta hija, min-natura tagħha stess, magħmula sabiex tiġi diskussa u ma hijiex intiża titħalla kif inhi wara din id-diskussjoni. L-opinjoni pubblika għandha l-kapaċitajiet kollha sabiex tifhem li l-awtur ta’ proposta jista’ jemenda l-kontenut tagħha iktar tard. Preċiżament għall-istess raġunijiet, l-awtur ta’ talba għal aċċess għal dokumenti ta’ trilogu pendenti jkun konxju sew min-natura provviżorja ta’ din l-informazzjoni. Bl-istess mod, huwa jkun kapaċi jifhem perfettament li, skont il-prinċipju li “ma hemm qbil fuq xejn qabel ma jintlaħaq qbil fuq kollox”, l-informazzjoni inkluża fid-dokument mitlub tista’ tinbidel matul il-proċess kollu tad-diskussjonijiet tat-trilogi sakemm jintlaħaq ftehim fuq it-test kollu.

    (ara l-punti 100 sa 102)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 103, 104)

Top