Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CV0002

Avis rendu en vertu de l'article 218, paragraphe 11, TFUE

Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Qorti Plenarja) tat-18 ta’ Diċembru 2014.
Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE.
Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE — Abbozz ta’ ftehim internazzjonali — Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Kompatibbiltà tal-imsemmi abbozz mat-Trattati UE u FUE.
Kawża Avis 2/13.

Opinjoni 2/13

Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE

“Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE — Abbozz ta’ ftehim internazzjonali — Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Kompatibbiltà tal-imsemmi abbozz mat-Trattati UE u FUE”

Sommarju — Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għal opinjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ftehim maħsub – Kunċett – Regoli interni – Esklużjoni – Evalwazzjonijiet dwar l-imsemmija regoli interni li ma humiex rilevanti għall-eżami tat-talba għal opinjoni – Assenza ta’ impatt fuq l-ammissibbiltà tat-talba

    (Artikolu 218(11) TFUE)

  2. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja – Suġġett – Adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Kundizzjonijiet – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-konformità tal-modalitajiet legali tal-imsemmija adeżjoni mar-rekwiżiti indikati u mat-Trattati

    (Artikoli 6(2) TUE u 19(1) TUE; Protokoll Nru 8 u Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) TUE annessi mat-Trattati UE u FUE)

  3. Ftehimiet internazzjonali – Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Assenza ta’ dispożizzjonijiet li jiżguraw koordinazzjoni bejn l-Artikolu 53 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Unjoni u Stati Membri meqjusa li huma Partijiet Kontraenti fir-relazzjonijiet reċiproċi bejniethom – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka – Assenza ta’ relazzjoni bejn il-mekkaniżmu ta’ opinjoni konsultattiva tal-Protokoll Nru 16 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim li jista’ jippreġudika l-karatteristiċi speċifiċi u l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni

    (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 53)

  4. Ftehimiet internazzjonali – Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward ta’ tilwim bejn l-Istati Membri jew bejn dawn tal-aħħar u l-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dritt tal-Unjoni – Ftehim li jista’ jippreġudika l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 344 TFUE; Protokoll Nru 8 anness mat-Trattati UE u FUE)

  5. Ftehimiet internazzjonali – Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Mekkaniżmu ta’ difiża konġunta – Modalitajiet ta’ funzjonament li ma jiggarantixxux li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Unjoni u tad-dritt tagħha

    (Protokoll Nru 8, Artikolu 2, anness mat-Trattati UE u FUE)

  6. Ftehimiet internazzjonali – Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Proċedura ta’ involviment minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja – Modalitajiet ta’ funzjonament li ma jippermettux li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Unjoni u tad-dritt tagħha

    (Protokoll Nru 8, Artikolu 2, anness mat-Trattati UE u FUE)

  7. Ftehimiet internazzjonali – Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Stħarriġ ġudizzjarju fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Nuqqas ta’ ħarsien tal-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u Artikolu 40 TUE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE)

  8. Ftehimiet internazzjonali – Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Inkompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat

    (Artikolu 6(2) TUE; Artikoli 267 TFUE u 344 TFUE; Protokoll Nru 8 anness mat-Trattati UE u FUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 53)

  1.  Il-verifika li l-Qorti tal-Ġustizzja hija meħtieġa twettaq fil-kuntest tal-proċedura għal opinjoni hija ddelimitata b’mod strett mit-Trattati, b’tali mod li, sabiex tevita li tirfes fuq il-kompetenzi ta’ istituzzjonijiet oħra li huma responsabbli li jistabbilixxu r-regoli interni neċessarji sabiex ftehim ta’ adeżjoni jkun operattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina biss il-konformità ta’ dan il-ftehim mat-Trattati u għandha tiżgura mhux biss li dan il-ftehim ma jikser ebda dispożizzjoni tad-dritt primarju iżda wkoll li jinkludi kull dispożizzjoni meħtieġa, jekk ikun il-każ, minn dan id-dritt. Minn dan isegwi li l-evalwazzjonijiet dwar l-imsemmija regoli interni ma humiex rilevanti għall-finijiet tal-eżami ta’ talba għal opinjoni u għalhekk ma humiex ta’ natura li jdaħħlu inkwistjoni l-ammissibbiltà tagħha.

    (ara l-punti 150, 151)

  2.  Il-fatt li l-Unjoni għandha ordinament ġuridiku sui generis, ta’ natura li hija speċifika għaliha, qafas kostituzzjonali u prinċipji fundaturi li huma partikolari għaliha, struttura istituzzjonali partikolarment elaborata kif ukoll ġabra sħiħa ta’ regoli legali li jiżguraw il-funzjonament tagħha, għandu konsegwenzi fir-rigward tal-proċedura u tal-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB). Huwa preċiżament fid-dawl ta’ dan il-fatt li t-Trattati, b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) TUE, il-Protokoll Nru 8, dwar l-Artikolu 6(2) TUE dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB, u d-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) TUE, jissuġġettaw din l-adeżjoni għall-osservanza ta’ diversi kundizzjonijiet. Fid-dawl b’mod partikolari ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-kuntest tal-missjoni fdata lilha mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, tistħarreġ li l-modalitajiet legali tal-adeżjoni maħsuba tal-Unjoni għall-KEDB ikunu konformi mar-rekwiżiti indikati u, b’mod iktar ġenerali, mal-Karta kostituzzjonali bażika tal-Unjoni li hija kkostitwita mit-Trattati. Sabiex jitwettaq tali stħarriġ, għandu jiġi osservat li l-kundizzjonijiet li għalihom it-Trattati jissuġġettaw l-adeżjoni huma maħsuba, b’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li din l-adeżjoni ma taffettwax il-karatteristiċi speċifiċi tal-Unjoni u tad-dritt tagħha.

    (ara l-punti 158-164)

  3.  L-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), kif prevista fl-abbozz ta’ ftehim, tista’ tippreġudika l-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni u l-awtonomija ta’ dan tal-aħħar.

    Fl-ewwel lok, sa fejn l-Artikolu 53 tal-KEDB essenzjalment jirriżerva l-possibbiltà għall-Partijiet Għolja Kontraenti li jipprevedu standards ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ogħla minn dawk iggarantiti minn din il-konvenzjoni, għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn din id-dispożizzjoni u l-Artikolu 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 53 tal-KEDB lill-Istati Membri tibqa’ limitata, fir-rigward tad-drittijiet irrikonoxxuti mill-Karta li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-imsemmija konvenzjoni, għal dak li huwa neċessarju sabiex jiġi evitat li jiġu kompromessi l-livell ta’ protezzjoni previst mill-Karta kif ukoll is-supremazija, l-unità u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, fil-ftehim maħsub ma hija prevista ebda dispożizzjoni sabiex tiġi żgurata tali koordinazzjoni.

    Fit-tieni lok, l-approċċ adottat fil-kuntest tal-ftehim maħsub, fejn l-Unjoni qiegħda tiġi assimilata għal Stat u fejn qiegħda tingħata rwol identiku taħt kull aspett għal dak ta’ kull Parti Kontraenti oħra, jinjora n-natura intrinsika tal-Unjoni. Fil-fatt, sa fejn il-KEDB, billi teżiġi li l-Unjoni u l-Istati Membri jitqiesu li huma Partijiet Kontraenti mhux biss fir-relazzjonijiet ma’ dawk li ma humiex Stati Membri tal-Unjoni, iżda wkoll fir-relazzjonijiet reċiproċi bejniethom, inkluż meta dawn ir-relazzjonijiet ikunu rregolati mid-dritt tal-Unjoni, tirrikjedi li Stat Membru jivverifika r-rispett tad-drittijiet fundamentali minn Stat Membru ieħor, u dan anki meta d-dritt tal-Unjoni jimponi l-fiduċja reċiproka bejn dawn l-Istati Membri, l-adeżjoni tista’ tikkomprometti l-bilanċ li fuqu hija bbażata l-Unjoni kif ukoll l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni.

    Fit-tielet lok, peress li ma jipprevedi xejn fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-mekkaniżmu stabbilit permezz tal-Protokoll Nru 16 għall-KEDB, li jawtorizza lill-ogħla qrati tal-Istati Membri jressqu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem talbiet għal opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ta’ prinċipju li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet iggarantiti mill-KEDB jew mill-protokolli tagħha, u l-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE, il-ftehim maħsub jista’ jippreġudika l-awtonomija u l-effikaċja ta’ din tal-aħħar. B’mod partikolari, ma huwiex eskluż li talba għal opinjoni konsultattiva mressqa taħt il-Protokoll Nru 16 minn qorti ta’ Stat Membru li jkun aderixxa għal dan il-protokoll tista’ tibda l-proċedura ta’ involviment minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’tali mod li hemm ir-riskju li tiġi evitata l-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE, li hija l-element ċentrali tas-sistema ġudizzjarja stabbilita mit-Trattati.

    (ara l-punti 189, 190, 193, 194, 196, 198-200)

  4.  Il-ftehim maħsub, dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), jista’ jaffettwa l-Artikolu 344 TFUE. Fil-fatt, il-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim prevista fl-Artikolu 33 tal-KEDB tista’ tapplika għal kull Parti Għolja Kontraenti u, għalhekk, anki għat-tilwim bejn l-Istati Membri jew bejn dawn tal-aħħar u l-Unjoni meta jkun inkwistjoni d-dritt tal-Unjoni. Il-fatt li l-Artikolu 5 tal-abbozz ta’ ftehim jipprovdi li l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhomx jitqiesu li huma modi ta’ soluzzjoni ta’ tilwim li għalihom irrinunzjaw il-Partijiet Kontraenti fis-sens tal-Artikolu 55 tal-KEDB ma jistax ikun biżżejjed sabiex tinżamm il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-Artikolu 5 tal-abbozz ta’ ftehim sempliċement inaqqas il-portata tal-obbligu previst fl-imsemmi Artikolu 55, iżda jħalli fis-seħħ il-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri jressqu quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Qorti EDB), bis-saħħa tal-Artikolu 33 tal-KEDB, talba li s-suġġett tagħha jkun ksur allegat tagħha mwettaq, rispettivament, minn Stat Membru jew mill-Unjoni, b’konnessjoni mad-dritt tal-Unjoni. B’hekk, il-fatt li l-Istati Membri jew l-Unjoni għandhom il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni quddiem il-Qorti EDB jista’ fih innifsu jippreġudika l-finalità tal-Artikolu 344 TFUE u, barra minn hekk, imur kontra n-natura stess tad-dritt tal-Unjoni, li jeżiġi li r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri jiġu rregolati minn dan id-dritt bl-esklużjoni, jekk din tkun meħtieġa minn dan id-dritt, ta’ kull dritt ieħor. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tkun kompatibbli mal-Artikolu 344 TFUE biss esklużjoni espressa tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti EDB li tirriżulta mill-Artikolu 33 tal-KEDB fir-rigward tat-tilwim bejn l-Istati Membri jew bejn dawn tal-aħħar u l-Unjoni, dwar l-applikazzjoni tal-KEDB fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dritt tal-Unjoni.

    (ara l-punti 205-207, 212-214)

  5.  Il-modalitajiet ta’ funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ difiża konġunta previsti fil-ftehim maħsub, dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), ma jiggarantixxux iż-żamma tal-karatteristiċi speċifiċi tal-Unjoni u tad-dritt tagħha.

    L-ewwel nett, l-abbozz ta’ ftehim jipprevedi, meta l-Unjoni jew l-Istati Membri jitolbu li jintervjenu bħala konvenuti konġunti f’kawża quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Qorti EDB), li dawn għandhom jippreżentaw l-argumenti li jippermettu li jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura huma ssodisfatti u li l-Qorti EDB għandha tiddeċiedi dwar din it-talba fid-dawl tan-natura plawżibbli ta’ dawn l-argumenti. Permezz ta’ dan l-istħarriġ, il-Qorti EDB ser tkun meħtieġa tevalwa r-regoli tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn din tal-aħħar u l-Istati Membri tagħha kif ukoll il-kriterji ta’ imputazzjoni tal-atti jew tal-ommissjonijiet tagħhom, sabiex tkun tista’ tadotta deċiżjoni definittiva f’dan ir-rigward li torbot kemm lill-Istati Membri u kemm lill-Unjoni. Tali stħarriġ jista’ jindaħal fit-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    It-tieni nett, l-abbozz ta’ ftehim jipprovdi li, fil-każ li jiġi kkonstatat il-ksur li fir-rigward tiegħu Parti Għolja Kontraenti tkun konvenuta konġunta fi proċedura, il-konvenut u l-konvenut konġunt għandhom ikunu responsabbli in solidum għal dan il-ksur. Issa, l-imsemmija dispożizzjoni ma teskludix li Stat Membru jista’ jinżamm responsabbli, flimkien mal-Unjoni, għal ksur ta’ dispożizzjoni tal-KEDB li fir-rigward tagħha dan l-istess Stat Membru jkun ifformula riżerva skont l-Artikolu 57 ta’ din il-konvenzjoni. Tali konsegwenza tmur kontra l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 8, dwar l-Artikolu 6(2) TUE dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB, li jipprovdi li l-ftehim ta’ adeżjoni għandu jiggarantixxi li ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu ma taffettwa s-sitwazzjoni partikolari tal-Istati Membri fir-rigward tal-KEDB u, b’mod partikolari, tar-riżervi għaliha.

    It-tielet nett, l-abbozz ta’ ftehim jipprevedi eċċezzjoni għar-regola ġenerali li l-konvenut u l-konvenut konġunt għandhom ikunu responsabbli in solidum għal ksur ikkonstatat, li bis-saħħa tagħha l-Qorti EDB tista’ tiddeċiedi li wieħed minnhom biss għandu jinżamm responsabbli għal dan il-ksur. Issa, deċiżjoni dwar it-tqassim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tar-responsabbiltà fir-rigward ta’ att jew ta’ ommissjoni li jkunu kkostitwixxew ksur tal-KEDB ikkonstatat mill-Qorti EDB tkun ibbażata wkoll fuq evalwazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn din tal-aħħar u l-Istati Membri tagħha kif ukoll l-imputabbiltà ta’ dan l-att jew ta’ din l-ommissjoni. Għaldaqstant, jekk il-Qorti EDB titħalla tadotta tali deċiżjoni, dan jista’ jkun ukoll ta’ preġudizzju għat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    (ara l-punti 223-231, 235)

  6.  Il-modalitajiet ta’ funzjonament tal-proċedura ta’ involviment minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja previsti fil-ftehim maħsub, dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), ma jippermettux li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Unjoni u tad-dritt tagħha.

    Fil-fatt, fl-ewwel lok, huwa neċessarju li l-kwistjoni ta’ jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkunx diġà ddeċidiet dwar l-istess punt ta’ liġi bħal dak li jkun is-suġġett tal-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Qorti EDB) tiġi riżolta biss mill-istituzzjoni kompetenti tal-Unjoni, li d-deċiżjoni tagħha għandha torbot lill-Qorti EDB. Fil-fatt, jekk il-Qorti EDB titħalla tiddeċiedi dwar tali kwistjoni, dan ikun ifisser li dik il-qorti tkun qiegħda tingħata l-ġurisdizzjoni tinterpreta l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Issa, l-abbozz ta’ ftehim ma jinkludix l-elementi li jippermettu li jiġi konkluż li tali possibbiltà hija eskluża.

    Fit-tieni lok, il-ftehim maħsub jeskludi l-possibbiltà li l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab tiddeċiedi dwar kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt idderivat permezz tal-proċedura ta’ involviment minn qabel. Issa, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx tista’ tipprovdi l-interpretazzjoni definittiva tad-dritt idderivat u jekk il-Qorti EDB, fl-eżami tagħha tal-konformità ta’ dan id-dritt mal-KEDB, tipprovdi hija stess interpretazzjoni partikolari minn fost dawk li jkunu plawżibbli, il-prinċipju ta’ ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-interpretazzjoni definittiva tad-dritt tal-Unjoni jkun ċertament miksur. Għaldaqstant, il-limitazzjoni tal-portata tal-proċedura ta’ involviment minn qabel, fir-rigward tad-dritt idderivat, għal kwistjonijiet ta’ validità biss tippreġudika l-kompetenzi tal-Unjoni u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn ma tippermettix lil din tal-aħħar tipprovdi l-interpretazzjoni definittiva tad-dritt idderivat fir-rigward tad-drittijiet iggarantiti mill-KEDB.

    (ara l-punti 238-240, 243, 246-248)

  7.  Il-ftehim maħsub, dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), ma jħarisx il-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti, azzjonijiet jew ommissjonijiet tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PBSK). Fil-fatt, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, ċerti atti adottati fil-kuntest tal-PBSK ma jaqgħux taħt l-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja. Tali sitwazzjoni hija inerenti għall-mod kif ġew organizzati s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-Trattati u, bħala tali, tista’ tkun iġġustifikata biss fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni biss. Madankollu, permezz tal-adeżjoni kif prevista fil-ftehim maħsub, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Qorti EDB) ser tingħata l-awtorità tiddeċiedi dwar il-konformità mal-KEDB ta’ ċerti atti, azzjonijiet jew ommissjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-PBSK u, b’mod partikolari, ta’ dawk li fir-rigward tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ il-legalità tagħhom fir-rigward tad-drittijiet fundamentali. Tali sitwazzjoni tkun tfisser li l-istħarriġ ġudizzjarju tal-imsemmija atti, azzjonijiet jew ommissjonijiet tal-Unjoni, għalkemm dan l-istħarriġ ikun limitat għal eżami tar-rispett tad-drittijiet iggarantiti mill-KEDB, ikun qiegħed jiġi fdat esklużivament lil korp estern għall-Unjoni. Issa, il-ġurisdizzjoni sabiex jitwettaq stħarriġ ġudizzjarju ta’ atti, ta’ azzjonijiet jew ta’ ommissjonijiet tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, ma tistax tingħata esklużivament lil qorti internazzjonali li ma tkunx tagħmel parti mill-qafas istituzzjonali u ġudizzjarju tal-Unjoni.

    (ara l-punti 252-257)

  8.  Il-ftehim dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem la huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(2) TUE u lanqas mal-Protokoll Nru 8 dwar l-Artikolu 6(2) TUE dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

    (ara l-punt 258 u d-dispożittiv)

Top

Opinjoni 2/13

Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE

“Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE — Abbozz ta’ ftehim internazzjonali — Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Kompatibbiltà tal-imsemmi abbozz mat-Trattati UE u FUE”

Sommarju — Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Talba għal opinjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Ftehim maħsub — Kunċett — Regoli interni — Esklużjoni — Evalwazzjonijiet dwar l-imsemmija regoli interni li ma humiex rilevanti għall-eżami tat-talba għal opinjoni — Assenza ta’ impatt fuq l-ammissibbiltà tat-talba

    (Artikolu 218(11) TFUE)

  2. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Suġġett — Adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Kundizzjonijiet — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-konformità tal-modalitajiet legali tal-imsemmija adeżjoni mar-rekwiżiti indikati u mat-Trattati

    (Artikoli 6(2) TUE u 19(1) TUE; Protokoll Nru 8 u Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) TUE annessi mat-Trattati UE u FUE)

  3. Ftehimiet internazzjonali — Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Assenza ta’ dispożizzjonijiet li jiżguraw koordinazzjoni bejn l-Artikolu 53 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Unjoni u Stati Membri meqjusa li huma Partijiet Kontraenti fir-relazzjonijiet reċiproċi bejniethom — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka — Assenza ta’ relazzjoni bejn il-mekkaniżmu ta’ opinjoni konsultattiva tal-Protokoll Nru 16 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim li jista’ jippreġudika l-karatteristiċi speċifiċi u l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni

    (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 53)

  4. Ftehimiet internazzjonali — Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward ta’ tilwim bejn l-Istati Membri jew bejn dawn tal-aħħar u l-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dritt tal-Unjoni — Ftehim li jista’ jippreġudika l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 344 TFUE; Protokoll Nru 8 anness mat-Trattati UE u FUE)

  5. Ftehimiet internazzjonali — Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Mekkaniżmu ta’ difiża konġunta — Modalitajiet ta’ funzjonament li ma jiggarantixxux li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Unjoni u tad-dritt tagħha

    (Protokoll Nru 8, Artikolu 2, anness mat-Trattati UE u FUE)

  6. Ftehimiet internazzjonali — Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Proċedura ta’ involviment minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Modalitajiet ta’ funzjonament li ma jippermettux li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Unjoni u tad-dritt tagħha

    (Protokoll Nru 8, Artikolu 2, anness mat-Trattati UE u FUE)

  7. Ftehimiet internazzjonali — Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Stħarriġ ġudizzjarju fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Nuqqas ta’ ħarsien tal-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni

    (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u Artikolu 40 TUE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE)

  8. Ftehimiet internazzjonali — Ftehim dwar l-adeżjoni għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Inkompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat