EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CO0329

Stefan

Kawża C‑329/13

Ferdinand Stefan

vs

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien)

“Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2003/4/KE — Validità — Aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent — Eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi żvelat tagħrif dwar l-ambjent meta l-iżvelar ikun jippreġudika l-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq — Natura fakultattiva ta’ din l-eċċezzjoni għall-Istati Membri — Artikolu 6 TUE — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta”

Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014

  1. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Domandi li għandhom relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima

    (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

  2. Ambjent – Libertà ta’ aċċess għall-informazzjoni – Direttiva 2003/4 – Tagħrif dwar l-ambjent – Dispożizzjoni li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi żvelat tagħrif dwar l-ambjent sabiex jirrispettaw id-dritt għal smigħ xieraq – Stat Membru li ma pprevediex tali eċċezzjoni fil-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-direttiva – Evalwazzjoni tal-validità tad-direttiva fid-dawl tad-dritt għal smigħ xieraq – Validità

    (Artikolu 6 TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4, punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 24-27)

  2.  Billi jirreferi għall-possibbiltà ta’ kull persuna li tgawdi mid-dritt għal smigħ xieraq, il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Dire[t]tiva tal-Kun[s]ill 90/313/KEE, jawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu eċċezzjoni għall-obbligu ta’ żvelar ta’ tagħrif dwar l-ambjent preċiżament sabiex ikunu jistgħu, jekk iċ-ċirkustanzi hekk jirrikjedu, jirrispettaw id-dritt għal smigħ xieraq, stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    Barra minn hekk, anki fil-każ fejn Stat Membru ma jipprevedix tali eċċezzjoni fil-leġiżlazzjoni tiegħu intiża li tittrasponi l-imsemmija direttiva, minkejja l-fatt li ċ-ċirkustanzi jkunu jirrikjedu tali eċċezzjoni sabiex jiġi osservat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa obbligat, f’kull każ, juża l-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilu mill-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva b’mod konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-imsemmi artikolu tal-Karta.

    Issa, peress li huma l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri, inklużi l-organi amministrattivi u ġudizzjarji, li għandhom jiżguraw l-osservanza tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, dawn tal-aħħar għandhom l-obbligu, jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta huma ssodisfatti, jiżguraw ir-rispett tad-dritt fundamentali ggarantit mill-imsemmi artikolu.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, interpretazzjoni li tgħid li d-Direttiva 2003/4 tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw miżuri li huma inkompatibbli mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta jew mal-Artikolu 6 TUE ma tistax tintlaqa’. Għaldaqstant, din id-direttiva ma hijiex, fuq din l-istess bażi, invalida fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet.

    (ara l-punti 33-36 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑329/13

Ferdinand Stefan

vs

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien)

“Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2003/4/KE — Validità — Aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent — Eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi żvelat tagħrif dwar l-ambjent meta l-iżvelar ikun jippreġudika l-possibbiltà ta’ kull persuna li tingħata smigħ xieraq — Natura fakultattiva ta’ din l-eċċezzjoni għall-Istati Membri — Artikolu 6 TUE — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta”

Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014

  1. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Domandi li għandhom relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima

    (Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

  2. Ambjent — Libertà ta’ aċċess għall-informazzjoni — Direttiva 2003/4 — Tagħrif dwar l-ambjent — Dispożizzjoni li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi żvelat tagħrif dwar l-ambjent sabiex jirrispettaw id-dritt għal smigħ xieraq — Stat Membru li ma pprevediex tali eċċezzjoni fil-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-direttiva — Evalwazzjoni tal-validità tad-direttiva fid-dawl tad-dritt għal smigħ xieraq — Validità