EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0270

Haralambidis

Kawża C‑270/13

Iraklis Haralambidis

vs

Calogero Casilli

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45(1) u (4) TFUE — Kunċett ta’ ħaddiem — Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika — Funzjoni ta’ President ta’ awtorità portwali — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika — Kundizzjoni ta’ nazzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014

  1. Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiem – Kunċett – Eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol – Eżerċizzju ta’ attivitajiet veri u effettivi – Kriterji ta’ evalwazzjoni – President ta’ awtorità portwali – Inklużjoni

    (Artikolu 45(1) TFUE)

  2. Moviment liberu tal-persuni – Derogi – Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika – Kunċett – Funzjoni ta’ President ta’ awtorità portwali – Inklużjoni – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 45(4) TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 27‑38)

  2.  L-Artikolu 45(4) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lil Stat Membru jirriżerva għaċ-ċittadini tiegħu l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ President ta’ awtorità portwali meta s-setgħat marbuta ma’ din il-funzjoni, li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ setgħa pubblika, minn naħa, jikkostitwixxu biss parti marġinali mill-attività tad-detentur, li hija ġeneralment ta’ natura teknika u ta’ ġestjoni ekonomika li ma tistax tinbidel bl-eżerċizzju tal-imsemmija setgħat, u, min-naħa l-oħra, huma intiżi sabiex jiġu eżerċitati biss b’mod okkażjonali jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, esklużjoni ġenerali tal-aċċess taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra għall-funzjoni ta’ President ta’ awtorità portwali tikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità pprojbita mill-Artikolu 45(1) sa (3) TFUE.

    (ara l-punti 57, 60‑62 u d-dispożittiv)

Top