EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0542

Sommarju tas-sentenza

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tas-27 ta' Ġunju 2013.
Staatssecretaris van Financiën vs Codirex Expeditie BV.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjizi l-Baxxi.
Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Merkanzija f’ħażna temporanja - Merkanzija mhux Komunitarja - Proċedura doganali tat-tranżitu Komunitarju estern - Mument tal-attribuzzjoni tat-trattament jew tal-użu approvat mid-dwana - Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali - Ħelsien tal-merkanzija - Dejn doganali.
Kawża C-542/11.

Keywords
Summary

Keywords

Moviment liberu tal-merkanzija — Tranżitu — Tranżitu Komunitarju estern — Merkanzija f’ħażna temporanja — Merkanzija mhux Komunitarja — Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali — Mument tat-tqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern u tal-attribuzzjoni ta’ trattament jew ta’ użu approvat mid-dwana — Data ta’ għoti tal-ħelsien tal-merkanzija

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 4(20), 37(2), 50, 67, 73 u 82(1))

Summary

L-Artikoli 50, 67 u 73 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-merkanzija mhux Komunitarja, li hija s-suġġett ta’ dikjarazzjoni doganali aċċettata mill-awtoritajiet doganali bil-għan tat-tqegħid tagħha taħt il-proċedura doganali tat-tranżitu Komunitarju estern u li għandha l-istatus ta’ merkanzija f’ħażna temporanja titqiegħed taħt din il-proċedura doganali u tikseb b’hekk trattament jew użu approvat mid-dwana mill-mument li din il-merkanzija tinħeles.

Huwa minnu li l-Artikolu 67 tal-imsemmi kodiċi jipprovdi li, ħlief fejn espressament ipprovdut mod ieħor, id-data li għandha tintuża għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha il-merkanzija tkun iddikjarata għandha tkun id-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni mill-awtoritajiet doganali. Madankollu, l-aċċettazzjoni waħedha tad-dikjarazzjoni ma hijiex biżżejjed sabiex ittemm il-ħażna temporanja. Fil-fatt, l-Artikolu 37(2) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi li l-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Kummissjoni tibqa’ taħt sorveljanza doganali sakemm ikun neċessarju sabiex jiġi ddeterminat l-istatus doganali tagħha u, fir-rigward ta’ merkanzija mhux Komunitarja u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 82(1) ta’ dan il-kodiċi, sakemm jinbidel l-istatus doganali tagħha.

Fir-rigward tat-tranżitu inkwistjoni, il-merkanzija ma tistax tkun fi tranżitu Komunitarju estern ħlief meta l-kundizzjonijiet kollha ta’ dan it-tranżitu jiġu ssodisfatti. Fil-fatt, in-neċessità jew il-possibbiltà għall-awtoritajiet doganali li japplikaw il-miżuri ta’ verifika, ta’ identifikazzjoni jew ta’ garanzija ma jippermettux li jitqies li l-kundizzjonijiet kollha tal-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern jistgħu jiġu ssodisfatti permezz tal-aċċettazzjoni waħedha tad-dikjarazzjoni doganali. Barra minn hekk, il-fatt li l-merkanzija ma tistax taqa’ taħt il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern ħlief mill-mument tal-ħelsien tagħha li jirriżulta mid-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 4(20) tal-Kodiċi Doganali, li jenfasizza l-fatt li t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali jsir “għall-iskopijiet stipulati mill-proċedura doganali li taħtha tkun tpoġġiet”.

(ara l-punti 40-42, 46, 53-55 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C-542/11

Staatssecretaris van Financiën

vs

Codirex Expeditie BV

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Kodiċi Doganali tal-Komunità — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Merkanzija f’ħażna temporanja — Merkanzija mhux Komunitarja — Proċedura doganali tat-tranżitu Komunitarju estern — Mument tal-attribuzzjoni ta’ trattament jew ta’ użu approvat mid-dwana — Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali — Ħelsien tal-merkanzija — Dejn doganali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013

Moviment liberu tal-merkanzija – Tranżitu – Tranżitu Komunitarju estern – Merkanzija f’ħażna temporanja – Merkanzija mhux Komunitarja – Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali – Mument tat-tqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu estern u tal-attribuzzjoni ta’ trattament jew ta’ użu approvat mid-dwana – Data ta’ għoti tal-ħelsien tal-merkanzija