EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0368

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-368/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Kuntratt pubbliku għall-provvista, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ magni ta’ xarbiet sħan, u għall-provvista ta’ tè, ta’ kafè u ta’ ingredjenti oħrajn — Artikolu 23(6) u (8) — Speċifikazzjonijiet tekniċi — Artikolu 26 — Kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Artikolu 53(1) — Kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Prodotti li jirriżultaw mill-agrikoltura organika u mill-kummerċ ġust — Użu ta’ tikketti fil-kuntest tal-formulazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u ta’ kriterji ta’ għoti — Artikolu 39(2) — Kunċett ta’ ‘informazzjoni addizzjonali’ — Artikolu 2 — Prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti — Prinċipju ta’ transparenza — Artikoli 44(2) u 48 — Verifika tal-adattabbiltà u għażla tal-parteċipanti — Livelli minimi ta’ kapaċitajiet tekniċi jew professjonali — Osservanza tal-‘kriterji ta’ sostenibbiltà tal-akkwisti u ta’ responsabbiltà soċjali tal-impriżi’”

Sommarju tas-sentenza

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Kuntratt pubbliku għall-provvista u għall-ġestjoni ta’ magni tal-kafè – Speċifikazzjonijiet tekniċi

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, kif emendata bir-Regolament Nru 1422/2007, Artikoli 2, 23(6), 44(2), 48 u 53(1)(b))

Naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2, l-Artikolu 23(6), l-Artikoli 44(2) u 48 kif ukoll l-Artikolu 53(1)(b) tad-Direttiva 2004/18, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2007, Stat Membru, li taqa’ taħtu awtorità kontraenti, minħabba l-fatt li din tal-aħħar, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku għall-provvista u l-ġestjoni ta’ magni tal-kafé,

stabbilit speċifikazzjoni teknika inkompatibbli mal-Artikolu 23(6) tad-Direttiva 2004/18 billi teżiġi li ċerti prodotti li għandhom jiġu pprovduti jkollhom tikketta ekospeċifika, pjuttost milli jużaw speċifikazzjonijiet dettaljati.

stabbilit kriterji ta’ għoti inkompatibbli mal-Artikolu 53(1)(a) tal-imsemmija direttiva billi pprovdiet li l-fatt li ċerti prodotti li għandhom jiġu pprovduti jkollhom tikketti speċifiċi jagħti lok għall-għoti ta’ ċertu numru ta’ punti fil-kuntest tal-għażla tal-offerta li hija l-iktar ekonomikament vantaġġuża, mingħajr ma elenkat il-kriterji sottostanti għal dawn it-tikketti u lanqas awtorizzat li l-prova li prodott jissodisfa dawn il-kriterji sottostanti tingħata b’kull mezz xieraq;

stabbilit livell minimu ta’ kapaċità teknika mhux awtorizzat mill-Artikoli 44(2) u 48 tal-istess direttiva billi timponi, skont ir-rekwiżiti ta’ adattabbiltà u ta’ livelli minimi msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, applikabbli fil-kuntest tal-imsemmi kuntratt, il-kundizzjoni li tipprovdi li l-offerenti josservaw “il-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-akkwisti u ta’ responsabbiltà soċjali tal-impriżi” u jindikaw kif huma josservaw dawn il-kriterji u “jikkontribwix[xu] sabiex is-suq tal-kafé jsir iktar sostenibbli u sabiex il-produzzjoni tal-kafé ssir ekoloġikament, soċjalment u ekonomikament responsabbli”,

stabbilit klawżola kuntrarja għall-obbligu ta’ trasparenza previst fl-Artikolu 2 ta’ din l-istess direttiva, billi imponiet il-kundizzjoni li tipprovdi li l-offerenti josservaw “il-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-akkwisti u ta’ responsabbiltà soċjali tal-impriżi”, u jindikaw kif huma josservaw dawn il-kriterji u “jikkontribbwix[xu] sabiex is-suq tal-kafé jsir iktar sostenibbli u sabiex il-produzzjoni tal-kafé ssir ekoloġikament, soċjalment u ekonomikament responsabbli”.

(ara l-punt 112 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C-368/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Kuntratt pubbliku għall-provvista, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ magni ta’ xarbiet sħan, u għall-provvista ta’ tè, ta’ kafè u ta’ ingredjenti oħrajn — Artikolu 23(6) u (8) — Speċifikazzjonijiet tekniċi — Artikolu 26 — Kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Artikolu 53(1) — Kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Prodotti li jirriżultaw mill-agrikoltura organika u mill-kummerċ ġust — Użu ta’ tikketti fil-kuntest tal-formulazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u ta’ kriterji ta’ għoti — Artikolu 39(2) — Kunċett ta’ ‘informazzjoni addizzjonali’ — Artikolu 2 — Prinċipji ta’ għoti ta’ kuntratti — Prinċipju ta’ transparenza — Artikoli 44(2) u 48 — Verifika tal-adattabbiltà u għażla tal-parteċipanti — Livelli minimi ta’ kapaċitajiet tekniċi jew professjonali — Osservanza tal-‘kriterji ta’ sostenibbiltà tal-akkwisti u ta’ responsabbiltà soċjali tal-impriżi’”

Sommarju tas-sentenza

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Kuntratt pubbliku għall-provvista u għall-ġestjoni ta’ magni tal-kafè — Speċifikazzjonijiet tekniċi