EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0158

Sommarju tas-sentenza

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-20 ta' Mejju 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Persunal mhux ċivili tal-amministrazzjoni pubblika – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-158/09.

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88) (ara l-punti 7-10)

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 1(3) tad Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), u tal-Artikolu 18(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat 23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197), miżmum permezz tal-Artikolu 27(1) tad Direttiva 2003/88, moqri flimkien mal-Parti B tal-Anness I tal-istess direttiva - Persunal mhux ċivili tal-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax‑xogħol, f’dak li jirrigwarda l-persunal mhux ċivili tal‑amministrazzjonijiet pubbliċi, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 1(3) tal-imsemmija direttiva.

2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top