EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0538

Sommarju tas-sentenza

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tad-19 ta' Mejju 2009.
Assitur Srl vs Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Milano.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia - l-Italja.
Direttiva 92/50/KEE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 29 - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix il-parteċipazzjoni kompetittiva, fl-istess proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, ta’ kumpanniji li bejniethom jinsabu f’relazzjoni ta’ kontroll jew li hemm influwenza sinjifikattiva bejniethom.
Kawża C-538/07.

Kawża C-538/07

Assitur Srl

vs

Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Milano

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia)

“Direttiva 92/50/KEE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 29 — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix il-parteċipazzjoni kompetittiva, fl-istess proċedura għall-għoti ta’ kuntratt, ta’ kumpanniji li jkollhom bejniethom relazzjoni ta’ kontroll jew ta’ influwenza sinjifikattiva”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Mazák, ippreżentati fl-10 ta’ Frar 2009   I ‐ 4221

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009   I ‐ 4236

Sommarju tas-sentenza

Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Għoti ta’ kuntratti

(Direttiva tal-Kunsill 92/50, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 29)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 92/50, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru milli jipprovdi, b’żieda mal-kawżi ta’ esklużjoni li jinsabu f’din id-dispożizzjoni, kawżi oħra ta’ esklużjoni intiżi sabiex jiggarantixxu l-osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, bil-kundizzjoni li tali miżuri ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan.

Madankollu, id-dritt Komunitarju jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, filwaqt li jkollha għanijiet leġittimi ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza fil-kuntest tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, tistabbilixxi projbizzjoni assoluta għall-impriżi li bejniethom jinsabu f’relazzjoni ta’ kontroll jew li huma affiljati, milli jipparteċipaw simultanjament u b’mod kompetittiv fl-istess sejħa għal offerti, mingħajr ma tagħtihom il-possibbiltà li jipprovaw li din ir-relazzjoni ma kellha ebda impatt fuq l-imġiba rispettiva tagħhom fil-kuntest ta’ din is-sejħa għal offerti.

Fil-fatt, l-esklużjoni sistematika tal-impriżi affiljati mid-dritt ta’ parteċipazzjoni fl-istess proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tmur kontra l-applikazzjoni effettiva tad-dritt Komunitarju. Fil-fatt, tali soluzzjoni tnaqqas kunsiderevolment il-kompetizzjoni fuq livell Komunitarju. Għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn testendi l-projbizzjoni ta’ parteċipazzjoni fl-istess proċedura għall-għoti ta’ kuntratt għas-sitwazzjonijet fejn ir-relazzjoni ta’ kontroll bejn l-impriżi kkonċernati ma jkollhiex impatt fuq l-imġiba ta’ dawn tal-aħħar fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza. Leġiżlazzjoni bħal din, li hija bbażata fuq preżunzjoni inkonfutabbli li l-offerti rispettivi ta’ impriżi affiljati għall-istess kuntratt ikunu neċessarjament influwenzati waħda mill-oħra, tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li hija ma tagħtix il-possibbiltà lil dawn l-impriżi jipprovaw li fil-każ tagħhom ma jeżisti ebda riskju reali ta’ prattiki li jistgħu jippreġudikaw it-trasparenza u li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-offerenti

(ara l-punti 23, 28-30 u d-dispożittiv)

Top