Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CO0034

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Marzu 2023.
    VN vs Belgische Staat.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Moviment liberu tal-kapital – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq id-dħul – Eżenzjoni fiskali rriżervata għall-interessi mħallsa mill-banek li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet legali – Diskriminazzjoni indiretta – Istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-Belġju u istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea.
    Kawża C-34/22.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:263

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Sitt Awla) tas‑27 ta’ Marzu 2023 –
    Belgische Staat

    (Kawża C-34/22) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Moviment liberu tal-kapital – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Taxxa fuq id-dħul – Eżenzjoni fiskali rriżervata għall-interessi mħallsa mill-banek li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet legali – Diskriminazzjoni indiretta – Istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-Belġju u istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea”

    1. 

    Domandi preliminari – Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza – Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)

    (ara l-punti 20, 23, 24)

    2. 

    Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Moviment liberu tal-kapital – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Eżami ta’ miżura nazzjonali marbut ma dawn iż-żewġ libertajiet fundamentali – Kriterji ta’ determinazzjoni tar-regoli applikabbli

    (Artikoli 56 u 63 TFUE)

    (ara l-punt 25)

    3. 

    Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni fiskali – Miżura applikabbli indistintament għas-servizzi kollha – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva eżenzjoni fiskali applikabbli għad-dħul mid-depożiti ta’ tfaddil għal fornituri ta’ servizzi bankarji li jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi għas-suq nazzjonali waħdu – Inammissibbiltà

    (Artikolu 56 KE; Ftehim ŻEE, Artikolu 36)

    (ara l-punti 29 sa 41, u d-dispożittiv)

    4. 

    Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest regolamentari u fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà manifesta

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal‑Proċedura tal‑Qorti tal‑Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94((b) u (c))

    (ara l-punti 43 sa 45)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ eżenzjoni fiskali li, minkejja li hija applikabbli mingħajr distinzjoni għar-remunerazzjoniijet relatati mad-depożiti ta’ tfaddil miżmuma f’istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali u barranin, tissuġġetta l-eżenzjoni tad-dħul mid-depożiti ta’ tfaddil miżmuma f’istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea għas-sodisfazzjon ta’ kundizzjonijiet li għandhom ikunu analogi għal dawk li jinsabu f’din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li huma de facto speċifiċi għas-suq nazzjonali.


    ( 1 ) ĠU C 213, 30.5.2022.

    Top