Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TO0096

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Novembru 2021.
    Heidi Amort et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem ‘Comirnaty – Vaċċin mRNA (b’nukleosid immodifikat) kontra l-COVID‑19’ – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà.
    Kawża T-96/21.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:804

     Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad‑9 ta’ Novembru 2021 –
    Amort et vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑96/21)

    “Rikors għal annullament – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem ‘Comirnaty – Vaċċin mRNA (b’nukleosid immodifikat) kontra l-COVID‑19’ – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà”

    1. 

    Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat minn rikorrent li ma huwiex id-destinatarju tal-att ikkontestat – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Att li jipproduċi effetti legali vinkolanti fir-rigward tar-rikorrent – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq ta’ vaċċin kontra l-COVID‑19 – Att li ma jbiddilx is-sitwazzjoni legali tar-rikorrent – Assenza ta’ interess ġuridiku

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 29 sa 33, 38 u 39)

    2. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq ta’ vaċċin kontra l-COVID‑19 – Assenza ta’ inċidenza diretta tar-rikorrent

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 41 sa 43, 48, 49, 52)

    3. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq ta’ vaċċin kontra l-COVID‑19 – Rikors ippreżentat minn individwi li jinvokaw ksur tad-drittijiet fundamentali – Assenza ta’ inċidenza individwali

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 53 sa 57)

    4. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar awtorizzazzjoni kundizzjonata għat-tqegħid fis-suq ta’ vaċċin kontra l-COVID‑19 – Esklużjoni

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 58, 59)

    5. 

    Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Modalitajiet – Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qorti tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura legali tal-att ikkontestat

    (Artikolu 19(1) TUE; Artikoli 263, 267 u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    (ara l-punti 64 sa 67)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 9598 (final) tal‑21 ta’ Diċembru 2020 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Comirnaty Tilqima tal-mRNA tal-COVID‑19 (b’nucleoside modifikat)”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata u kkompletata.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn Roberta Riccio u Alessandra Rizzotto, minn Gheorghe Piperea, minn TN, minn TF, TG, TH u TI, minn Jean Gouezo u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, minn VV, minn Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, minn TO, TP u TQ, minn TR u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, minn VH u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u minn Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u minn VW kif ukoll minn BioNTech Manufacturing GmbH u Pfizer Inc.

    3)

    Heidi Amort u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness I huma kkundannati għall-ispejjeż.

    4)

    Roberta Riccio u Alessandra Rizzotto, Gheorghe Piperea, TN, TF, TG, TH u TI, Jean Gouezo u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, VV, Stefano Del Gaudio u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, TO, TP u TQ, TR u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II, VH u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u Dieter Achtschin u l-persuni l-oħra li isimhom jidher fl-Anness II u VW kif ukoll BioNTech Manufacturing GmbH u Pfizer Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.

    Top