Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0827

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-27 ta’ April 2023.
    Banca A vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF) u Preşedintele ANAF.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2009/133/KE – Artikolu 7 – Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist – Tranżazzjoni purament interna – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Assenza – Interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’talba għal deċiżjoni preliminari – Kundizzjoni – Dritt tal-Unjoni li sar applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat.
    Kawża C-827/21.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:355

     Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id‑Disa’ Awla) tas‑27 ta’ April 2023 –
    Banca A vs ANAF
    u
    Preşedintele ANAF (Applikazzjoni tad‑Direttiva dwar l‑amalgamazzjoni f’sitwazzjoni interna)

    (Kawża C‑827/21) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2009/133/KE – Artikolu 7 – Amalgamazzjoni permezz ta’ akkwist – Tranżazzjoni purament interna – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Assenza – Interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’talba għal deċiżjoni preliminari – Kundizzjoni – Dritt tal-Unjoni li sar applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat”

    1. 

    Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Sistema fiskali applikabbli għall-amalgamazzjonijiet, għad-diviżjonijiet, għat-trasferimenti tal-attivi u għall-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti – Direttiva 2009/133 – Kamp ta’ applikazzjoni – Tranżazzjoni purament interna ta’ amalgamazzjoni ta’ żewġ impriżi li għandhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru – Esklużjoni – Obbligu għall-qorti nazzjonali li tinterpreta konformement għal din id-direttiva, ir-regola nazzjonali applikabbli għal dawn it-tranżazzjonijiet purament interni – Assenza

    (Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2009/133)

    (ara l-punti 35 sa 40, u d-dispożittiv 1)

    2. 

    Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni manifestament inapplikabbli fil-kawża prinċipali – Direttiva 2009/133 – Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat għal fatti li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom – Assenza – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tipprovdi din l-interpretazzjoni

    (Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2009/133)

    (ara l-punti 43 sa 56, u d-dispożittiv 2)

    Dispożittiv

    1) 

    Id-dritt tal-Unjoni ma jobbligax qorti nazzjonali tinterpreta, konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad‑19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali applikabbli għal tranżazzjoni ta’ amalgamazzjoni, li hija purament interna, ta’ żewġ impriżi li kull waħda minnhom għandha s-sede tagħha fl-istess Stat Membru, peress li din it-tranżazzjoni ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

    2) 

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2009/133, peress li, minn naħa, il-fatti tal-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u li, min-naħa l-oħra, id-dritt nazzjonali ma għamilhiex applikabbli għal dawn il-fatti b’mod dirett u inkundizzjonat.


    ( 1 ) ĠU C 165, 19.4.2022.

    Top