Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0306

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022.
Komisia za zashtita na lichnite danni u Tsentralna izbiratelna komisia vs Koalitsia „Demokratichna Bulgaria - Obedinenie“.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tad-data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(a) – Kunċett ta’ “attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni” – Elezzjonijiet nazzjonali u Ewropej – Artikolu 6(1)(e) – Legalità tal-ipproċessar – Artikolu 58 – Att adottat mill-awtoritajiet superviżorji li jillimita, jew jekk ikun il-każ, li jipprojbixxi r-reġistrazzjoni vidjo tal-għadd tal-voti fil-bini elettorali.
Kawża C-306/21.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:813

Kawża C-306/21

Komisia za zashtita na lichnite danni
u
Tsentralna izbiratelna komisia

vs

Koalitsia “Demokratichna Bulgaria – Obedinenie”

(talba għal deċiżjoni preliminari,
mressqa mill-Varhoven administrativen sad)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tad-data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(a) – Kunċett ta’ “attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni” – Elezzjonijiet nazzjonali u Ewropej – Artikolu 6(1)(e) – Legalità tal-ipproċessar – Artikolu 58 – Att adottat mill-awtoritajiet superviżorji li jillimita, jew jekk ikun il-każ, li jipprojbixxi r-reġistrazzjoni vidjo tal-għadd tal-voti fil-bini elettorali”

  1. Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Kamp ta’ applikazzjoni – Derogi – Ipproċessar ta’ data fil-kuntest ta’ attività li ma taqax taħt id-dritt tal-Unjoni – Attività li għandha l-għan li tippreserva s-sigurtà nazzjonali jew li taqa’ taħt din il-kategorija – Kunċett

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, premessa 16 u Artikolu 2(2)(a) u (b))

    (ara l-punti 35 sa 42, u d-dispożittiv 1)

  2. Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali – Ipproċessar neċessarju għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, Artikoli 6(1)(e) u (3) u 58)

    (ara l-punti 48 sa 53, 61, u d-dispożittiv 2)

  3. Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni – Setgħat – Portata – Prinċipju ta’ proporzjonalità

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, premessa 129 u Artikolu 58(2)(f), (3)(b) u (4))

    (ara l-punti 54 sa 57, u d-dispożittiv 1)

  4. Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Prinċipji dwar l-ipproċessar

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, Artikolu 5(1)(c))

    (ara l-punt 58)

  5. Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Dispożizzjonijiet dwar sitwazzjonijiet partikolari ta’ trattament

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, Artikolu 85 (1) u (2))

    (ara l-punti 35 sa 59, u d-dispożittiv 1)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Top