EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TO0475

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020.
LE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Proċeduri għal miżuri proviżorji – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas għal azzjonijiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) – Irkupru tas-sommom imħallsa – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza.
Kawża T-475/20 R.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:574

 Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020 –
LE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/20 R)

“Proċeduri għal miżuri proviżorji – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas għal azzjonijiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) – Irkupru tas-sommom imħallsa – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1. 

Proċeduri għal miżuri proviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-imħallef għal miżuri proviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 32 sa 35)

2. 

Proċeduri għal miżuri proviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall – Neċessità li tiġi pprovduta immaġni fidila u globali tas-sitwazzjoni finanzjarja

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4) u (5))

(ara l-punti 38, 39, 42 sa 44, 48, 49)

3. 

Proċeduri għal miżuri proviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti biex tiġi ġġustifikata l-urġenza

(Artikoli 278 u 279 TFUE)

(ara l-punt 40)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 299 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3988 finali tad-9 ta’ Ġunju 2020 li tistabbilixxi obbligu pekunjarju li jagħti titolu eżekuttiv fil-konfront tar-rikorrent.

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.

Top