Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CO0054

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023.
    Stefano Missir Mamachi di Lusignano u Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Intaxxar tal-ispejjeż.
    Kawża C-54/20 P-DEP.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:1032

     Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑21 ta’ Diċembru 2023 –
    Missir Mamachi di Lusignano vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża C‑54/20 P‑DEP)

    “Intaxxar tal-ispejjeż”

    1. 

    Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Qorti kompetenti fil-każ ta’ appell

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 133 u 170)

    (ara l-punti 21, 22)

    2. 

    Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet – Kunċett – Onorarji mħallsa minn parti lill-avukat tagħha – Inklużjoni – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-intaxxar

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 144(b))

    (ara l-punti 28 sa 30)

    3. 

    Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Spejjeż indispensabbli relatati mal-proċedura ta’ ntaxxar – Inklużjoni

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 144(b))

    (ara l-punt 31)

    4. 

    Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Intervent minn diversi avukati – Assenza ta’ effett – Evalwazzjoni fid-dawl prinċipalment tan-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol oġġettivament indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura – Kriterji

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 144(b))

    (ara l-punti 38 sa 40, 45)

    5. 

    Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedura – Onorarji tal-avukat relatati ma’ perijodu sussegwenti għall-proċedura orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – Esklużjoni

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 144(b))

    (ara l-punt 42)

    Dispożittiv

    1) 

    Il-Kawża C‑54/20 P‑DEP hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sa fejn tikkonċerna l-intaxxar tal-ispejjeż sostnuti minn Stefano Missir Mamachi di Lusignano u minn Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano fil-kuntest tal-Kawża T‑502/16.

    2) 

    L-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborżati mill-Kummissjoni Ewropea lil Stefano Missir Mamachi di Lusignano u lil Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano fir-rigward tal-Kawża C‑54/20 P huwa ffissat għal EUR 18000, ma liema somma għandhom jiżdiedu l-interessi moratorji mill-jum tan-notifika ta’ dan id-digriet sad-data tal-ħlas tal-ammont totali dovut, b’rata ugwali għal dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar meta l-ħlas isir dovut, miżjud bi tliet punti perċentwali u nofs.

    Top