Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TJ0245

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021.
    Antonio José Benavides Torres vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni.
    Kawża T-245/18.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:447

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021 –
    Benavides Torres vs Il‑Kunsill

    (Kawża T‑245/18)

    “Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni”

    1. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li jippreġudika l-Istat tad-dritt – Rekwiżiti minimi

    (Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ); Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/90, Anness I; Regolamenti tal-Kunsill 2017/2063, Anness IV u 2018/88)

    (ara l-punti 32–35)

    2. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li jippreġudika l-Istat tad-dritt – Obbligu ta’ identifikazzjoni fil-motivazzjoni tar-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw dawn il-miżuri – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf tal-persuna interessata li tippermettilu jifhem il-portata tal-miżuri adottati fil-konfront tiegħu

    (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/90, Artikoli 6(1) u 7(1) u Anness I; Regolamenti tal-Kunsill 2017/2063, Anness IV, u 2018/88)

    (ara l-punti 36, 39–45)

    3. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li jippreġudika l-Istat tad-dritt – Obbligi tal-Kunsill – Komunikazzjoni lill-persuna interessata tal-provi inkriminanti u dritt għal smigħ – Osservanza ta’ terminu raġonevoli

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90; Regolament tal-Kunsill 2018/88)

    (ara l-punti 47–50, 52)

    4. 

    L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/90, Anness I; Regolamenti tal-Kunsill 2017/2063, Anness IV, u 2018/88)

    (ara l-punti 63–66, 68)

    5. 

    L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Portata tal-istħarriġ – Inklużjoni tal-persuni implikati fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, fi preġudizzju għad-demokrazija u għall-Istat tad-dritt – Dokumenti aċċessibbli għall-pubbliku – Valur probatorju

    (Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/90, Anness I; Regolament tal-Kunsill 2017/2063, Anness IV, u 2018/88)

    (ara l-punt 67)

    6. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li jippreġudika l-Istat tad-dritt – Kriterji – Kariga li tagħti responsabbiltà fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili jew l-osservanza tal-Istat tad-dritt – Prova kuntrarja – Teħid ta’ pożizzjoni li tiddissoċja ruħha mir-reġime – Assenza

    (Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/90, Artikolu 6(1) u 7(1), u Anness I; Regolamenti tal-Kunsill 2017/2063, Anness IV, u 2018/88)

    (ara l-punti 70, 73, 75–79, 88–91)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat‑22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 16 I, p. 14), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat‑22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 16 I, p. 6), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Antonio José Benavides Torres huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top