Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TJ0030

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tat-13 ta’ Diċembru 2018.
    Yado s.r.o. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
    Disinni Komunitarji — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinni Komunitarji Nru°2371591-0001 (Imħadda ta’ fuq siġġu) — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Inviju ta’ dokument lill-EUIPO permezz tal-formola tal-kuntatt — Inviju ta’ dokument lill-EUIPO permezz tal-posta elettronika u bil-fax.
    Kawża T-30/18.

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Imħallef uniku) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Yado vs EUIPO – Dvectis CZ (Imħadda ta’ fuq siġġu)

    (Kawża T‑30/18)

    “Disinni Komunitarji — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinni Komunitarji Nru°2371591-0001 (Imħadda ta’ fuq siġġu) — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Inviju ta’ dokument lill-EUIPO permezz tal-formola tal-kuntatt — Inviju ta’ dokument lill-EUIPO permezz tal-posta elettronika u bil-fax”

    Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Terminu u forma tar-rikors – Nota li tesponi l-motivi tar-rikors – Trażmissjoni bil-fax – Oneru tal-prova

    (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 57; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2245/2002, Artikolu 65(1))

    (ara l-punti 27, 30, 31, 33-36)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1017/2017-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dvectis CZ u Yado.

    Dispożittiv

    1) 

    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1017/2017‑3), hija annullata.

    2) 

    L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Yado s.r.o.

    3) 

    Dvectis CZ s.r.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top