Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TO0815

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018.
    Správa železniční dopravní cesty, státní organizace vs Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA).
    Rikors għal annullament – Għajnuna finanzjarja – Proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija – Servizzi ta’ ppjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga – Deċiżjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli – Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Assenza ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà.
    Kawża T-815/17.

    Court reports – general

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal‑20 ta’ Settembru 2018 –Správa železniční dopravní cesty vs Il‑Kummissjoni u INEA

    (Kawża T‑815/17)

    “Rikors għal annullament – Għajnuna finanzjarja – Proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija – Servizzi ta’ ppjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga – Deċiżjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli – Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Assenza ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà”

    1. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni ta’ aġenzija eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea li ma tqisx bħala eliġibbli ċerti spejjeż sostnuti waqt it-twettiq ta’ proġett benefiċjarju ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Assenjazzjoni diretta tal-organiżmu inkarigat bl-implementazzjoni tal-proġett imsemmi – Assenza

    (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 23 sa 29 u 40)

    2. 

    Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Limiti – Osservanza tal-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors

    (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    (ara l-punt 38)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-INEA tal‑11 ta’ Ottubru 2017 dwar id-dikjarazzjoni finanzjarja finali u l-eliġibbiltà tas-somom mitluba fil-kuntest tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija għall-proġett ta’ interess komuni “Servizzi relatati mal-ippjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga”.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli.

    2) 

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ċeka u mir-Repubblika tal-Polonja.

    3) 

    Správa železniční dopravní cesty, státní organizace għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA).

    4) 

    Správa železniční dopravní cesty, státní organizace, il-Kummissjoni, l-INEA, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.

    Top