Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TJ0189

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2021.
    Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Humabio konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess.
    Kawża T-189/17.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:930

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal‑21 ta’ Diċembru 2021 –
    EKETA vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑189/17) ( 1 )

    “Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Humabio konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess”

    1. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż sostnuti – Proċedura mibdija mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ħlas bil-quddiem – Tqassim tal-oneru tal-prova

    (ara l-punt 34)

    2. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jkopri biss l-ispejjeż fil-fatt sostnuti – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Assenza – Spejjeż ineliġibbli

    (ara l-punt 45)

    3. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament li jkopri biss l-ispejjeż fil-fatt sostnuti – Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati – Spejjeż tal-persunal – Produzzjoni ta’ rekords tal-ħin – Natura mhux affidabbli minħabba kunflitt ta’ interessi bejn il-benefiċjarju u l-kontraenti tiegħu – Produzzjoni ta’ dokumenti li jeħtieġu, għall-Kummissjoni, investiment kunsiderevoli sabiex jiġi ddeterminat il-ħin tax-xogħol effettivament imwettaq – Ksur tal-obbligu tal-benefiċjarju li jikkollabora in bona fide mal-Kummissjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2321/2002, Artikolu 14(2)(a))

    (ara l-punt 50)

    4. 

    Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ ineliġibbiltà tal-ispejjeż – Kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-benefiċjarju – Kunċett – Konsegwenzi – Irkupru tal-ammonti mħallsa lill-benefiċjarju

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2321/2002, Artikolu 18(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 183)

    (ara l-punt 62)

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 151, 15.5.2017.

    Top