Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0552

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018.
    Alpenchalets Resorts GmbH vs Finanzamt München Abteilung Körperschaften.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar – Provvista ta’ residenza tal-vaganzi mikrija lil persuni taxxabbli oħra – Benefiċċji supplimentari – Natura prinċipali jew anċillari ta’ provvista ta’ servizz – Rati mnaqqsa ta’ taxxa – Akkomodazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar f’isimha stess.
    Kawża C-552/17.

    Kawża C‑552/17

    Alpenchalets Resorts GmbH

    vs

    Finanzamt München Abteilung Körperschaften

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesfinanzhof)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar – Provvista ta’ residenza tal-vaganzi mikrija lil persuni taxxabbli oħra – Benefiċċji supplimentari – Natura prinċipali jew anċillari ta’ provvista ta’ servizz – Rati mnaqqsa ta’ taxxa – Akkomodazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar f’isimha stess”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar – Kamp ta’ applikazzjoni – Provvista ta’ residenza tal-vaganzi mikrija lil persuni taxxabbli oħra, u fejn ikun xieraq, ta’ servizzi addizzjonali – Inklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 306 sa 310)

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi – Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa fuq il-provvista ta’ akkomodazzjoni ta’ btala taħt l-iskema speċjali għall-aġenti ta’ vaganzi – Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 98(2)u (307))

    1.  L-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar ta’ residenza tal-vaganzi mikrija minn persuni taxxabbli oħra jew dik tali tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ residenza tal-vaganzi akkumpanjata minn servizzi anċillari addizzjonali, kull wieħed minnhom, jikkostitwixxi servizz wieħed taħt l-iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar.

      (ara l-punt 35 u d-dispożittiv 1)

    2.  L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi minn aġenziji tal-ivvjaġġar li tikkonsisti fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal vaganza, li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 307 ta’ din id-direttiva, tistax tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa jew għal waħda mir-rati mnaqqsa stabbiliti f’din l-ewwel dispożizzjoni.

      (ara l-punt 41 u d-dispożittiv 2)

    Top