Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0503

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 95/60/KE – Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju – Għoti ta’ provvista lil dgħajjes privati għar-rikreazzjoni.
    Kawża C-503/17.

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas‑17 ta’ Ottubru 2018 – Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit

    (Kawża C‑503/17)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 95/60/KE – Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju – Għoti ta’ provvista lil dgħajjes privati għar-rikreazzjoni”

    Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet – Immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju – Direttiva 95/60 – Karburnat immarkat mhux suġġett għal ebda eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tas-sisa – Awtorizzazzjoni għall-użu tal-imsemmi karburant għall-propulsjoni ta’ dgħajjes privati għar-rikreazzjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

    (Direttiva tal-Kunsill 95/60, Artikolu 1)

    (ara l-punt 57 u d-dispożittiv 1) 1)

    Dispożittiv

    1) 

    Billi jippermetti l-użu ta’ karburant immarkat għall-finijiet tat-tbaħħir privat għar-rikreazzjoni, anki fejn dan il-karburant ma huwiex suġġett għal xi eżenzjoni jew tnaqqis fid-dazji tas-sisa, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda kiser l-obbligi imposti fuqu skont id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas‑27 ta’ Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju.

    2) 

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top