Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0414

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018.
    AREX CZ a.s. vs Odvolací finanční ředitelství.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(b)(i) u (iii) – Artikolu 3(1) – Akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa – Artikolu 138(1) u (2)(b) – Provvisti intra-Komunitarji – Katina ta’ tranżazzjonijiet ma’ trasport uniku – Imputazzjoni tat-trasport – Trasport taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa – Rilevanza għall-klassifika ta’ akkwist intra-Komunitarju.
    Kawża C-414/17.

    Kawża C-414/17

    AREX CZ a.s.

    vs

    Odvolací finanční ředitelství

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Nejvyšší správní soud)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(b)(i) u (iii) – Artikolu 3(1) – Akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa – Artikolu 138(1) u (2)(b) – Provvisti intra-Komunitarji – Katina ta’ tranżazzjonijiet ma’ trasport uniku – Imputazzjoni tat-trasport – Trasport taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa – Rilevanza għall-klassifika ta’ akkwist intra-Komunitarju”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri – Provvista intra-Komunitarja – Akkwisti intra-Komunitarji ta’ beni li jsiru bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru – Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa eżiġibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni – Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva 2006/112 – Kamp ta’ applikazzjoni – Akkwisti ta’ persuna taxxabbli li għandha akkwisti oħra li ma humiex suġġetti għat-taxxa skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/112 – Inklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 2(1)(1)(b)(iii))

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri – Provvista intra-Komunitarja – Akkwisti intra-Komunitarji ta’ beni li jsiru bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru – Kunċett –Trasport li ma jistax jiġi imputat għall-akkwist li sar mill-operatur responsabbli għall-ħlas ta’ dazji tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni – Esklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 2(1)(b)(iii))

    3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sistema tranżitorja ta’ tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri – Provvista intra-Komunitarja – Akkwisti intra-Komunitarji ta’ beni li jsiru bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru – Determinazzjoni tal-akkwist li għandu jkun is-suġġett tal-imputazzjoni tat-trasport – Beni ttrasportati taħt sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa – Nuqqas ta’ natura deċiżiva

      (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 2(1)(b)(i))

    1.  L-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa, li fir-rigward tagħhom id-dazju tas-sisa huwa eżiġibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, imwettqa minn persuna taxxabbli li l-akkwisti l-oħra tagħha ma humiex suġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

      (ara l-punt 56 u d-dispożittiv 1)

    2.  L-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet suċċessivi li taw lok għal trasport wieħed intra-Komunitarju ta’ prodotti suġġetti għas-sisa taħt l-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa, l-akkwist imwettaq mill-operatur responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-ispedizzjoni jew tat-trasport ta’ dawn il-prodotti ma jistax jiġi kklassifikat bħala akkwist intra-Komunitarju suġġett għall-VAT skont din id-dispożizzjoni, meta dan it-trasport ma jistax jiġi imputat lil dan l-akkwist.

    3.  F’dan ir-rigward, mill-kliem tal-Artikolu 2(1)(b)(iii) tad-Direttiva tal-VAT, kif espost fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li l-issuġġettar għall-VAT, skont din id-dispożizzjoni, ta’ akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jissodisfa tliet kundizzjonijiet kumulattivi.

    4.  Fil-fatt, huwa jippresupponi, l-ewwel nett, li t-tranżazzjoni tikkostitwixxi akkwist intra-Komunitarju skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-VAT, it-tieni nett, li din it-tranżazzjoni tikkonċerna merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa li fir-rigward tagħhom id-dazju tas-sisa huwa eżiġibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u, it-tielet nett, li l-imsemmija tranżazzjoni hija mwettqa minn persuna taxxabbli jew minn persuna ġuridika mhux taxxabbli, li l-akkwisti l-oħra tagħha ma humiex suġġetti għall-VAT skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

    5.  Huwa biss akkwist li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha li jista’ jiġi kklassifikat bħala akkwist intra-Komunitarju.

    6.  Għaldaqstant, meta numru ta’ akkwisti mwettqa bi ħlas jagħtu lok għal spedizzjoni intra-Komunitarja waħda jew għal trasport intra-Komunitarju ta’ merkanzija wieħed, din l-ispedizzjoni jew dan it-trasport ma jistax jiġi imputat għal wieħed biss minn dawn l-akkwisti, li jkun huwa biss suġġett għall-VAT fl-Istat Membru tad-destinazzjoni bħala akkwist intra-Komunitarju sa fejn il-kundizzjonijiet l-oħra previsti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-VAT huma ssodisfatti (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-6 ta’ April 2006, EMAG Handel Eder, C-245/04, EU:C:2006:232, punt 45).

      (ara l-punti 59, 60, 62, 63, 68 u d-dispożittiv 2)

    7.  L-Artikolu 2(1)(b)(i) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ katina ta’ akkwisti suċċessivi li jirrigwardaw l-istess prodotti suġġetti għas-sisa u li taw lok għal trasport intra-Komunitarju wieħed ta’ dawn il-prodotti taħt l-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa, il-fatt li dawn il-prodotti huma ttrasportati taħt dan l-arranġament ma jikkostitwixxix fatt determinanti sabiex jiġi stabbilit fir-rigward ta’ liema akkwist għandu jiġi imputat it-trasport għall-finijiet tal-issuġġettar tiegħu għall-VAT skont din id-dispożizzjoni.

      (ara l-punt 79 u d-dispożittiv 3)

    Top