Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0200

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Mejju 2017.
    Gfi PSF Sàrl vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet – Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent – Offerta rċevuta li tkun diġà miftuħa – Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Finanzjarju.
    Kawża T-200/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Mejju 2017 – Gfi PSF vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑200/16)

    “Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet – Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent – Offerta rċevuta li tkun diġà miftuħa – Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Finanzjarju”

    1. 

    Rikors għal annullament–Motivi–Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni–Żball ta’ evalwazzjoni–Distinzjoni

    (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

    (ara l-punti 33, 34)

    2. 

    Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea–Proċedura ta’ sejħa għal offerti–Modalitajiet ta’ sottomissjoni tal-offerti–Garanzija ta’ sejħa għal offerti reali u tal-kunfidenzjalità tal-kontenut tal-offerti–Ċaħda mingħajr eżami tal-kontenut tal-offerti rċevuti li jkunu diġà miftuħa

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 111(1) u (4)(b))

    (ara l-punti 48, 66)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-2 u tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP) li jiċħdu l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet ta’ dan l-uffiċċju (ĠU 2015/S 251-459901) kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni konfermattiva tal-OP tat-22 ta’ April 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Gfi PSF Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top