Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0461

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016.
    E.ON Kraftwerke GmbH vs Bundesrepublik Deutschland.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea – Direttiva 2003/87/KE – Allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti mingħajr ħlas – Deċiżjoni 2011/278/UE – Modifika tal-allokazzjoni – Artikolu 24(1) – Obbligu ta’ informazzjoni mill-operatur tal-installazzjoni – Portata.
    Kawża C-461/15.

    Court reports – general

    Kawża C-461/15

    E.ON Kraftwerke GmbH

    vs

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti mingħajr ħlas — Deċiżjoni 2011/278/UE — Modifika tal-allokazzjoni — Artikolu 24(1) — Obbligu ta’ informazzjoni mill-operatur tal-installazzjoni — Portata”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016

    Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas – Obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw fil-komunikazzjoni, mill-operaturi, modifiki tal-installazzjonijiet tagħhom – Portata

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2003/87, Artikolu 10a; Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/278, Artikolu 24(1))

    L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrikjedi minn impriżi li, suġġetti għall-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea, jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti mingħajr ħlas, li jipprovdu informazzjoni dwar it-tibdiliet kollha ppjanati jew effettivi fil-kapaċità, fil-livell ta’ attività u fl-operat ta’ installazzjoni, mingħajr ma jillimitaw dan ir-rekwiżit biss għall-informazzjoni dwar it-tibdiliet li għandhom effett fuq din l-allokazzjoni.

    Fil-fatt, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li dawn huma intiżi li jieħdu inkunsiderazzjoni l-modifiki tal-operat tal-installazzjonijiet sabiex, minn naħa, għall-Istati Membri, li jistabbilixxu, l-ewwel, in-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull waħda mill-installazzjonijiet eżistenti fit-territorju tagħhom u, min-naħa l-oħra, għall-Kummissjoni, it-tieni, li tistabbilixxi l-kwantità annwali totali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas.

    F’din il-perspettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura mingħand l-operaturi u użata għall-fini tal-allokazzjoni tkun sħiħa, konsistenti u tippreżenta l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb. Huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu huma stess liema data rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti għandha tinġabar mingħand l-operaturi.

    (ara l-punti 36, 37, 40 u d-dispożittiv)

    Top