Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0411

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017.
    Timab Industries u Cie financière et de participations Roullier (CFPR) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell – Akkordji – Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali – Attribuzzjoni ta’ kwoti ta’ bejgħ, il-koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Irtirar tar-rikorrenti mill-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim – Ġurisdizzjoni sħiħa – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-ugwaljanza fit-trattament – Tul ta’ żmien raġonevoli tal-proċedura.
    Kawża C-411/15 P.

    Court reports – general

    Kawża C-411/15 P

    Timab Industries
    u
    Cie financière et de participations Roullier (CFPR)

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell – Akkordji – Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali – Attribuzzjoni ta’ kwoti ta’ bejgħ, il-koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Irtirar tar-rikorrenti mill-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim – Ġurisdizzjoni sħiħa – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-ugwaljanza fit-trattament – Tul ta’ żmien raġonevoli tal-proċedura”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017

    1. Proċedura ġudizzjarja–Proċedura orali–Ftuħ mill-ġdid–Kundizzjonijiet

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

    2. Appell–Motivi–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament–Stħarriġ tal-osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-prova

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    3. Kompetizzjoni–Proċedura amministrattiva–Talbiet għal informazzjoni–Drittijiet ta’ difiża–Dritt li tirrifjuta li tagħti risposta li timplika r-rikonoxximent ta’ ksur

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 18)

    4. Kompetizzjoni–Multi–Ammont–Determinazzjoni–Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata–Neċessità ta’ aġir li ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni–Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

    5. Appell–Motivi–Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti–Inammissibbiltà–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    6. Kompetizzjoni–Multi–Ammont–Determinazzjoni–Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni–Stħarriġ ġudizzjarju–Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni–Portata

      (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 2002/C 45/03 u 2006/C 210/02, punt 29)

    7. Kompetizzjoni–Proċedura amministrattiva–Proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim–Indikazzjoni ta’ firxa ta’ multi–Irtirar ta’ impriża mill-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim–Assenza ta’ applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-imsemmija firxa fid-deċiżjoni finali–Ammissibbiltà–Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi–Assenza

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 2002/C 45/03 u 2006/C 210/02, punt 29)

    8. Appell–Motivi–Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat–Motiv li ma huwiex preċiż–Inammissibbiltà

      (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

    9. Appell–Motivi–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi–Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament–Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi–Ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tal-fatti li ma jirriżultawx mill-annessi tal-proċess–Inammissibbiltà

      (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    10. Appell–Motivi–Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali–Inammissibbiltà–Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali–Ammissibbiltà

      (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d) u 169(2))

    11. Proċedura ġudizzjarja–Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali–Terminu raġonevoli–Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni–Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli–Konsegwenzi–Responsabbiltà mhux kuntrattwali–Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47)

    12. Proċedura ġudizzjarja–Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali–Terminu raġonevoli–Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 47)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 58, 59)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 83)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 84-86)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 89)

    6.  F’dak li jirrigwarda l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tiddeċiedi li timponi multa jew pagamenti ta’ penalità għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, minbarra l-istħarriġ tal-legalità previst fl-Artikolu 263 TFUE, il-qorti tal-Unjoni għandha ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lilha mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE, u li tawtorizzaha tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha flok dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, tħassar, tnaqqas, jew iżżid il-multa jew il-pagament ta’ penalità impost. F’dan ir-rigward, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ liġi fil-kuntest ta’ appell, hija ma tistax tissostitwixxi bl-evalwazzjoni tagħha, għal raġunijiet ta’ ekwità, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali billi tiddeċiedi, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, fuq l-ammont tal-multi imposti fuq l-impriżi minħabba l-ksur, minnhom, tad-dritt tal-Unjoni. Huwa biss sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-livell tas-sanzjoni huwa mhux biss mhux xieraq, iżda wkoll eċċessiv, tant li huwa sproporzjonat, li jkun hemm lok li jiġi kkonstatat żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali, minħabba n-natura mhux xierqa tal-ammont ta’ multa.

      F’dan il-każ, għalkemm il-Qorti Ġenerali ċertament ħadet ħsieb li tirrispondi l-argumenti kollha li bihom l-appellanti kienu lmentaw li l-Kummissjoni applikat għal impriża li kienet irtirat mill-proċeduri ta’ riżolviment tat-tilwim multa ogħla mill-massimu tal-firxa stabbilita matul id-diskussjonijiet għall-finijiet tal-proċeduri ta’ riżolviment tat-tilwim, u dan għal tul tal-ksur kunsiderevolment imnaqqas, tali analiżi tifforma parti mill-osservanza tal-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tat-trasparenza. Għaldaqstant, ma jistax jiġi lmentat li l-Qorti Ġenerali wettqet eżami daqstant eżawrjenti fil-kuntest ta’ tilwima li, għall-ewwel darba, wassalha biex tiddeċiedi dwar sitwazzjoni li fiha impriża, wara li impenjat ruħha fi proċeduri ta’ riżolviment tat-tilwim, kienet irtirat minnhom. Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti Ġenerali eżerċitat għalkollox il-kompetenza ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha meta għamlet stħarriġ fil-fond kemm tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll tan-natura xierqa tal-ammont tal-multa imposta minnha.

      B’hekk, il-Qorti Ġenerali stħarrġet debitament il-fondatezza tal-analiżi magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward taċ-ċirkustanzi kollha li kienu preżenti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u fid-dawl tal-portata tal-kooperazzjoni tal-appellanti wara li rtiraw mill-proċeduri ta’ riżolviment tat-tilwim, u b’hekk matul il-proċedura ordinarja. Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll verifika sistematika tal-elementi li l-Kummissjoni qieset biex tikkalkola l-ammont tal-multa imposta fid-deċiżjoni kkontestata. B’mod partikolari, din għamlet stħarriġ fil-fond tal-mod li bih il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-fatturi li ppermettewlha tagħti jew le tnaqqis f’din il-multa, abbażi tal-Avviż dwar l-immunità, jew, abbażi tal-kooperazzjoni, b’applikazzjoni tal-punt 29 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti ma wrewx b’liema mod l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom huwa eċċessiv, tant li huwa sproporzjonat.

      (ara l-punti 104-106, 108-112)

    7.  Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jinsab fost il-prinċipji fundamentali tal-Unjoni u l-possibbiltà li jiġi invokat hija miftuha għal kull operatur ekonomiku li għandu istituzzjoni, billi tagħtu assigurazzjonijiet preċiżi, ħolqot aspettattivi fondati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tista’ tipprovdi l-ebda assigurazzjoni preċiża dwar il-benefiċċju ta’ kwalunkwe tnaqqis jew immunità minn multa fil-fażi tal-proċedura ta’ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, u b’hekk il-partijiet fl-akkordju ma jistgħux iħaddnu aspettattiva leġittima f’dak ir-rigward.

      L-ewwel nett, il-proċeduri ta’ riżolviment tat-tilwim huma proċeduri amministrattivi alternattivi għall-proċedura ordinarja, distinti minnha u li għandhom ċerti partikolaritajiet, bħal, b’mod partikolari, l-għoti ta’ firxa ta’ multi probabbli. It-tieni nett, jekk l-impriża ma tressaqx proposta għal riżolviment tat-tilwim, il-proċedura li twassal għad-deċiżjoni finali tiġi rregolata minn dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament Nru 773/2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 101 u 102 TFUE, minflok dawk li jirregolaw il-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim.

      It-tielet nett, fir-rigward tal-proċedura ordinarja, li fil-kuntest tagħha r-responsabbiltajiet għad għandhom jiġu stabbiliti, il-Kummissjoni hija biss marbuta bid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li ma tiffissax firxa ta’ multi, u għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi ġodda miġjuba għall-għarfien tagħha waqt din l-istess proċedura. F’dan il-każ, l-appellanti rtiraw mill-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim u kien biss wara dan l-irtirar li dawn invokaw, fil-kuntest tal-proċedura ordinarja, provi intiżi għat-tnaqqis tat-tul tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur ilmentat kontrihom.

      Għaldaqstant, l-appellanti ma setgħu jinvokaw ebda aspettattiva leġittima fiż-żamma tal-istimi li l-Kummissjoni kienet bagħtitilhom matul il-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim, taħt il-forma ta’ firxiet ta’ multi probabbli li kienu ġew stabbiliti skont elementi kkunsidrati f’dan l-istadju tal-proċedura. Barra minn hekk, meta l-appellanti kienu rtiraw mill-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim, huma kellhom l-elementi kollha li kienu jippermettulhom li jipprevedu li kontestazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju għall-perijodu qabel is-sena kkonċernata neċessarjament kien ikollha impatt fuq it-tnaqqis li seta’ jingħatalhom kemm fil-kuntest tal-Avviż dwar l-immunità mill-multi u tat-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-kawżi li jirrigwardaw akkordji kif ukoll abbażi tal-punt 29 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti abbażi tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003. B’hekk, ma jista’ jiġi lmentat ebda ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kontra l-Qorti Ġenerali.

      (ara l-punti 134-139)

    8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 140-142)

    9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 153)

    10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 154, 155, 157)

    11.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 165, 166)

    12.  Talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni kkawżati min-nuqqas ta’ osservanza, mill-Qorti Ġenerali, ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma tistax titressaq direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell, iżda għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali nnifisha, billi rikors għad-danni jikkostitwixxi rimedju effettiv. Fid-dawl ta’ dan, peress li huwa ċar, mingħajr ma huwa neċessarju li l-partijiet jipproduċu provi addizzjonali f’dan ir-rigward, li l-Qorti Ġenerali kisret b’mod suffiċjentement serju l-obbligu tagħha li tiddeċiedi l-kawża f’terminu raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tikkonstata dan il-ksur. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fil-kuntest tal-appell, tikkonstata l-ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, kif iggarantit mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dovut għat-tul irraġonevoli tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

      F’dak li jikkonċerna l-kriterji li jippermettu l-evalwazzjoni tal-fatt jekk il-Qorti Ġenerali osservatx il-prinċipju tat-terminu raġonevoli, il-karattru raġjonevoli tat-terminu għad-deċiżjoni għandu jiġi evalwat skont ċirkustanzi partikolari għal kull każ, bħall-kumplessità tat-tilwima u l-aġir tal-partijiet. F’dan ir-rigward, il-lista tal-kriterji rilevanti ma hijiex eżawrjenti u l-evalwazzjoni tan-natura raġonevoli tat-terminu msemmi ma teżiġix eżami sistematiku taċ-ċirkustanzi tal-kawża fid-dawl ta’ kull wieħed minn dawn il-kriterji meta t-tul tal-proċedura jidher iġġustifikat fir-rigward ta’ wieħed biss minnhom. B’hekk, il-kumplessità tal-kawża jew aġir dilatorju tar-rikorrent jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġġustifika terminu li prima facie jkun twil wisq.

      (ara l-punti 165, 167-169)

    Top