Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0358

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016.
    Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Appell – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 945/2012 – Bażi legali – Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran – Parti mill-profitti ta’ kumpannija statali mogħtija lill-Istat tal-Iran.
    Kawża C-358/15 P.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta ’ Mejju 2016 – Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill

    (Kawża C‑358/15 P) ( 1 )

    “Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 945/2012 — Bażi legali — Kriterju bbażat fuq l-appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju lill-Gvern tal-Iran — Parti mill-profitti ta’ kumpannija statali mogħtija lill-Istat tal-Iran”

    1. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Setgħa tal-Kunsill, fil-qasam ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, li juża l-proċedura prevista fl-Artikolu 291(2) TFUE — Kundizzjonijiet (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE) (ara l-punti 31, 32)

    2. 

    Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Regolament dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Kompetenzi ta’ implementazzjoni rriżervati mill-Kunsill — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Każijiet speċifiċi u motivati (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2) u (3) (ara l-punti 34‑38)

    3. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri adottati abbażi ta’ setgħa ta’ implementazzjoni — Interpretazzjoni tal-att ta’ implementazzjoni b’mod konformi mal-att bażiku — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni [Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/35/PESK, premessa 13; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)] (ara l-punti 50‑52)

    4. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Restrizzjoni tad-dritt għal proprjetà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, 2012/35/PESK u 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012) (ara l-punti 55-57)

    5. 

    Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012) (ara l-punt 63)

    6. 

    Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Sostenn finanzjarju lill-Gvern tal-Iran — Kunċett — Ħlas, minn entità pubblika Iranjana, lill-Gvern tal-Iran ta’ somom b’applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Istat li timponi dan — Inklużjoni — Klassifikazzjoni tal-imsemmija somom bħala taxxa jew dividendi — Assenza ta’ effett [Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)] (ara l-punti 80, 81)

    7. 

    Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 91)

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Bank of Industry and Mine u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    ( 1 ) ĠU C 294, 7.9.2015.

    Top