This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TJ0712
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2017.
Confédération européenne des associations d'horlogers-réparateurs (CEAHR) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni – Akkordji – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Sistema ta’ tiswija selettiva – Rifjut ta’ manifatturi tal-arloġġi Svizzeri sabiex jipprovdu partijiet ta’ bdil lill-arluġġara indipendenti – Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ – Eliminazzjoni ta’ kull kompetizzjoni effettiva – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment.
Kawża T-712/14.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2017.
Confédération européenne des associations d'horlogers-réparateurs (CEAHR) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni – Akkordji – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Sistema ta’ tiswija selettiva – Rifjut ta’ manifatturi tal-arloġġi Svizzeri sabiex jipprovdu partijiet ta’ bdil lill-arluġġara indipendenti – Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ – Eliminazzjoni ta’ kull kompetizzjoni effettiva – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment.
Kawża T-712/14.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
Kawża T‑712/14
Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR)
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Kompetizzjoni – Akkordji – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Sistema ta’ tiswija selettiva – Rifjut ta’ manifatturi tal-arloġġi Svizzeri sabiex jipprovdu partijiet ta’ bdil lill-arluġġara indipendenti – Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ – Eliminazzjoni ta’ kull kompetizzjoni effettiva – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2017
Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami tal-ilmenti – Iffissar tal-prijoritajiet mill-Kummissjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur – Assenza – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess tal-Unjoni marbut mal-istruzzjoni ta’ kawża – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Limiti – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata
(Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE u 105(1) TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikoli 7(2))
Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Sistema ta’ tiswija selettiva – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Applikazzjoni b’analoġija tal-kundizzjonijiet applikabbli għas-sistemi ta’ distribuzzjoni selettiva
(Artikolu 101(1) TFUE)
Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Sistema ta’ tiswija selettiva – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Ġustifikazzjoni oġġettiva – Preżervazzjoni tal-kwalità tal-prodotti kkonċernati u tal-użu tajjeb tagħhom
(Artikolu 101(1) TFUE)
Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Sistema ta’ tiswija selettiva – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Natura proporzjonali tal-imsemmija sistema
(Artikolu 101(1) TFUE)
Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Rifjut ta’ impriża f’pożizzjoni dominanti li tħalli li impriża oħra taċċedi għal prodott jew għal servizz neċessarju għall-atività tagħha – Sistema ta’ tiswija selettiva tal-arloġġi – Assenza ta’ riskju ta’ tneħħija ta’ kwalunkwe kompetizzjoni effettiva – Assenza ta’ abbuż
(Artikolu 102 TFUE)
Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami tal-ilmenti – Ilment li jakkuża l-eżistenza ta’ ftehim jew prattika miftiehma u li jallega abbuż ta' pożizzjoni dominanti – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Eżami tal-eżistenza ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-legalità tal-aġir ikkritikat skont l-Artikolu 101 TFUE Ammissibbiltà
(Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE)
Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kunċett – Grad ta’ saħħa fis-suq ta’ impriża li għandha pożizzjoni dominanti – Assenza ta’ rilevanza
(Artikolu 102 TFUE)
Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Sistema ta’ tiswija selettiva – Rifjut ta’ provvista ta’ prodotti meħtieġa għall-attività ta’ impriża oħra – Adozzjoni progressiva ta’ deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ provvista – Assenza ta’ akkordju
(Artikolu 101(1) TFUE)
Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Eżami tal-ilmenti – Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni – Portata
(Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE)
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 33-41)
Il-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi ddeterminata l-konformità ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva mal-Artikolu 101 TFUE jistgħu wkoll jintużaw sabiex jiġi evalwat jekk sistema ta’ tiswija selettiva, li taqa’ taħt is-servizz ta’ wara l-bejgħ, tipproduċix effetti ta’ ħsara għall-kompetizzjoni. Is-sistemi ta’ tiswija selettiva huma għaldaqstant konformi mal-Artikolu 101(1) TFUE sakemm dawn ikunu oġġettivament iġġustifikati, proporzjonati u mhux diskriminatorji.
L-organizzazzjoni ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni ma taqax, konsegwentement, fil-projbizzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, sakemm l-għażla tal-bejjiegħa sseħħ abbażi tal-kriterji oġġettivi ta’ natura kwalitattiva, stabbiliti b’mod uniformi fir-rigward tal-bejjiegħa kollha potenzjali u applikati b’mod mhux diskriminatorju, li l-karatteristiċi tal-prodott inkwistjoni jeħtieġu, sabiex tiġi ppreżervata l-kwalità u jiġi żgurat l-użu tajjeb, tali netwerk u fl-aħħar nett, li l-kriterji ddefiniti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju.
Għall-kuntrarju ma jirriżultax li huwa neċessarju li jiġi vverifikat li dawn in-netwerks ma għandhomx bħala effett li jeliminaw kull kompetizzjoni. Fil-fatt, jekk il-kundizzjonijiet imfakkra iktar ’il fuq huma ssodisfatti, dan ikun suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li sistema selettiva hija element ta’ kompetizzjoni konformi mal-Artikolu 101(1) TFUE.
(ara l-punti 50, 53-55)
Għalkemm il-preżervazzjoni tal-immaġini ta’ marka ma tiġġustifikax restrizzjoni tal-kompetizzjoni mill-implementazzjoni ta’ sistema ta’ tiswija selettiva, l-għan ta’ preżervazzjoni tal-kwalità tal-prodotti u tal-użu tajjeb tagħhom jista’, huwa biss, jiġġustifika tali restrizzjoni.
(ara l-punt 66)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 75-80)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 87-91, 106-112)
L-applikabbiltà għal ftehim tal-Artikolu 101 TFUE ma tippreġudikax l-applikabbiltà tal-Artikolu 102 TFUE għall-aġir tal-partijiet ta’ dan l-istess ftehim, sakemm il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ kull dispożizzjoni huma ssodisfatti. Il-fatt li l-operaturi suġġetti għal kompetizzjoni effettiva għandhom prattika awtorizzata abbażi tal-Artikolu 101 TFUE ma jimplikax, konsegwentement, li l-adozzjoni ta’ din l-istess prattika minn impriża f’pożizzjoni dominanti ma tista’ qatt tikkostitwixxi abbuż ta’ din il-pożizzjoni. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni tal-legalità ta’ aġir abbażi tal-Artikolu 101 TFUE ma timplikax, bħala prinċipju, li għandu jiġi kkonstatat li dan l-aġir huwa legali abbażi tal-Artikolu 102 TFUE, iżda, minħabba din ir-raġuni, għandu jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar humiex issodisfatti.
Madankollu, peress li ma huwiex ikkunsidrat bħala element ta’ kompetizzjoni minħabba l-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet, sistema ta’ tiswija selettiva tal-arloġġi ma taqax fl-Artikolu 101(1) TFUE, il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li hija għandha fil-kuntest ta’ ilment li jikkritika l-eżistenza ta’ ftehim jew ta’ prattika miftehma u li jikkonferma abbuż ta’ pożizzjoni dominati li jirriżulta mill-imsemmija sistema ta’ tiswija selettiva, tista’ tikkunsidra li l-konformità ta’ tali sistema mal-Artikolu 101(1) TFUE tikkostitwixxi indizju li jista’ jistabbilixxi, flimkien ma’ elementi oħra, li ma tantx kien probabbli li kellu bħala effett li jelimina kull kompetizzjoni fis-sens tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 102 TFUE.
(ara l-punti 94, 96)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 121-123)
L-adozzjoni progressiva ta’ deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ provvista, meta jinfirxu fuq perijodu ta’ żmien twil bħal fil-kawża preżenti, tippermetti li jiġi kkunsidrat li dawn id-deċiżjonijiet ma humiex ir-riżultat ta’ akkordju, iżda ta’ deċiżjonijiet kummerċjali indipendenti.
(ara l-punt 127)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 135-137)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 139, 140)