Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0123

    BSH vs OHMI - Arçelik (AquaPerfect)

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015 — BSH vs UASI — Arçelik (AquaPerfect)

    (Kawża T‑123/14)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja AquaPerfect — Trade mark verbali Komunitarja preċedenti waterPerfect — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    1. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 17, 26, 44)

    2. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali AquaPerfect u waterPerfect [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 31-41, 49)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş.

    Dispożittiv

    1) 

    Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş. hija annullata.

    2) 

    L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte.

    3) 

    Arçelik għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top